Pro Malta Christiana tħeġġeġ lin-nies jingħaqdu magħha fit-talba tar-Rużarju, nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru quddiem il-Parlament fit-6.30 pm.

Minn Ronald J. Knight

Libertà bla rażan, valuri ħżiena, nuqqas ta’ sens komun u nuqqas ta’ umilta’, jwasslu biex is-socjeta’ titlef l-istabbilita’ taghha u tikkollassa.

F’Lulju li għadda, rajna grupp ta’ tfal żgħar tal-Iskola Sajf Maltin imkaxkra l-Belt Valletta biex jaraw spettaklu ta’ drag queen promoss mill-attivisti LGBTQ lokali, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, bħala parti mill-avvenimenti tal-Euro Pride ta’ din is-sena.  It-tfal kollha li kienu żgħar daqs għaxar snin, kull wieħed ingħata bandiera tal-qawsalla biex ixejjru waqt dan l-“ispettaklu”.

X’kienet ir‑“raġuni” għal dan l‑ispettaklu ta’ indotrinazzjoni? Biex “nedukaw” lit‑tfal biex mis‑snin teneri tagħhom, ikunu jistgħu jħossuhom komdi jagħżlu kwalunkwe sess mill‑portafoll tal-LGBTQ li jkunu jixtiequ meta jaslu ghall‑età tar‑raguni.

Irridu niftakru li wieħed mill‑aktar argumenti qawwija kontra l‑aġenda LGBTQ+ hija li ta’ spiss din l-aġenda hija akkużata li li qiegħda tinfluwenza ħażin lit‑tfal innocenti. In‑nies, speċjalment il‑ġenituri, qed joġġezzjonaw bir‑raġun li t‑tfal żgħar tagħhom ikunu esposti għal “prestazzjonijiet” ta’ drag queens”.

U bir-raġun, għax meta timita s‑sess oppost, persuna tiċħad is‑sess naturali tagħha u tkun qed taġixxi kuntrarju għall‑liġi naturali. Li taċċetta li l‑irġiel (jew subien) jippreżentaw lilhom infushom bħala nisa huwa daqs li taċċetta li Alla, awtur tan‑natura umana u għalhekk tas‑sessi maskili u femminili, jista’ jiġi offiż. Il‑Ktieb tad‑Dewteronomju jaqra: “Mara m’andhiex tilbes ilbies tar‑raġel, u r‑raġel m’għandux juża ilbies ta’ mara, għax min jagħmel dawn l‑affarijiet huwa abominabbli quddiem Alla” (Dt. Kap 22: vers 5).

Biex ma nsemmux il-propoganda LGBTQ li qed tinxtered fil-kotba tal-iskola fil-livelli kważi kollha. Wasalna anke fis-sitwazzjoni perikoluża li jekk xi ħadd pubblikament jiddefendi il-kunċett Nisrani taż-żwieġ bħala esklussivament bejn raġel u mara waħda, jista’ jiffaċċja priġunerija taħt ’l hekk imsejħa liġijiet ta’ dan il-gvern ta’ “diskors ta’ mibegħda”. Kulħadd jaf li l-Unjoni Ewropea qed timponi din it-tip ta’ leġiżlazzjoni fuq l-istati membri tagħha.

Għalhekk, quddiem dan it-theddid kontra dak li fadal miċ-Ċiviltà Nisranija f’Malta, l-entità lajka Kattolika Pro Malta Christiana se tkun qed tagħmel it-talb ta’ Rużarju pubbliku fil-Belt Valletta biex titlob il-maħfra ta’ Alla għall-Aġenda tal-Euro Pride. Ir-Rally tar-Rużarju se jsir nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru fis-6.30pm fi Pjazza tal-Parlament.

3 thoughts on “Pro Malta Christiana tħeġġeġ lin-nies jingħaqdu magħha fit-talba tar-Rużarju, nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru quddiem il-Parlament fit-6.30 pm.

  1. Ergajna Lura ghaz zminijiet tas suffara u tal purfum tas sittinijiet. Taqblu Jew ma taqblux id dinja inbidlet. Min jiggled IL bidla jitkisser Hu.

  2. Is 60 s.ghadew u.mahhom.ghada zmien.l ghanqbut.billi tmorru thabxu ir ruzarju minthom se.gibu xejn lura.min ma jimxix ma zmienijiet iduru kontra tiegħu zmien il poma tal flitt u is sfafar u nisa.bil velu wara mintoff spicca kompli kisru in n naqra fiducja li l poplu kellu lejn il.knisja.araw f.50.sena.in nies.li kienu jmorru l knisja ghal lum
    .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *