“Kemm ilpup hemm moħbija wara t-tbissim ta’ tjieba qarrieqa li jgħidulek li jafu min int imma ma jridulekx ġid..”
Minn Edwin Vassallo
Dan kliem il-Papa Frangisku fil-laqgħa tiegħu maż-żgħażagħ f’Lisbona. Din is-sentenza tkompli hekk “…jinsinwaw li jemmnu fik u jwegħduk li għad issir xi ħaġa biex imbaghad jitilquk waħdek meta ma tibqax tinteressahom”.
Dan id-diskors ipoġġi sfida lil kull min jitkellem dwar il-ġid li jixtieq lin-nies. Dan huwa kliem li joffri eżami tal-kuxjenza għal kull min qiegħed fil-politika, għal kull min qiegħed jaħdem fil-qasam soċjali jew jaħdem fil-qasam pastorali. Hu x’inhu x-xogħol li jittratta man-nies, jeħtieġ il-ġenwinita’ u s-sinċerita’.
Spiċċa ż-żmien li fih inkunu lpup moħbija wara t-tbissim ta’ tjieba qarrieqa. Spiċċa ż-żmien li fih nibqgħu nirrikorru għall-qerq u mhux għall-onesta’, nibqgħu nirrikorru għad-diżonesta’ filwaqt li nitkellmu fuq l-onesta’.
Dak li tiżra’ taħsad u mill-frott ta’ dawk li naraw madwarna naraw x’qed niżirgħu, speċjalment fil-qasam politiku u soċjali. Spiċċa ż-żmien l-ilpup fil-politika u fil-kummerċ meta “jinsinwaw li jemmnu fik u jwegħduk li għad issir xi ħaġa, biex imbagħad jitilquk waħdek meta ma tibqax tinteressahom”. Dawn l-ilpup għamlu ħafna ħsara daqskemm dawk li kienu onesti għamlu l-ġid. Pajjiżna jeħtieġ aktar onesta’. Neħtieġu aktar awtentiċita’. Hawn wisq disonesta’ u ngann. Neħtieġu politiċi u persuni fin-negozju u fil-qasam soċjali li għalihom il-bniedem huwa aktar minn votant jew klijent jew pazjent.
Wasal iż-żmien li fih il-bniedem ikun trattat ta’ bniedem, maħbub ta’ bniedem u stmat ta’ bniedem. Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix. Il- bniedem mhux bil-flus biss jgħix. Il-bniedem jeħtieġ is-sewwa, is-sinċerita’ u l-onesta’. Dan kollu qed ngħidu biex nifhmu li l-valuri jiswew il-flus wkoll. Inkunu qed nagħmlu ħażin meta naħsbu li nistgħu ngħaddu mingħajrhom. Min fil-politika jew fin-negozju jwarrab il-valuri, jkun il-lupu fost in-nies.

il-Presdent Franciz Macron gejn u sejjer ghand il-Papa
u hbieb sew ghaliex dejjem jghatu tghanniqa kbira il-xulxin.
Allura kief TISTA tiehu il-Papa bis serjeta meta Franza u Dan il-bnkedema hija pajjiz li ghamlet u Ghada sissa tghamel genocijdi kbar flAfrika,
Macron wiehed minndawk idejh imcappas b I demm ta truck miljuni ta tfal u kbar vittmi ta dawn in nies. Dan huwa il-bniedem li jappogja u jforni
armamenti li stat terrorstiku zionista ta israel li qatel u ghadu
Jittortura u joqtol tfal u nisa u jwaqqa u jkecci minn arthom u djaruf eluf
Kbar ta Palestinjani. Il- Papa sieket fdan il-kaz MA JARGHAX U MA JISMGHAX! PAROLI GHAL KAMERAS U GHAL MIDJA !
il-Presdent Franciz Macron gejn u sejjer ghand il-Papa
u hbieb sew ghaliex dejjem jghatu tghanniqa kbira il-xulxin.
Allura kief TISTA tiehu il-Papa bis serjeta meta Franza u Dan il-bnkedema hija pajjiz li ghamlet u Ghada sissa tghamel genocijdi kbar flAfrika,
Macron wiehed minndawk idejh imcappas b I demm. Il- Papa sieket fdan il-kaz MA JARGHAX U MA JISMGHAX! PAROLI GHAL KAMERAS U GHAL MIDJA !
U ajm! Meta kont fil-politika x’ghamilt?