Where your opinion counts

Salvu Balzan kiteb press release u kien jagħti pariri lil Yorgen Fenech dwar x’għandu jikteb lill-media: jista’ issa Balzan jgħidilna jekk kienx jitħallas għal dan ix-xogħol?

Issa ħareġ fil-media l-kontenut ta’ messaġġi bejn Yorgen Fenech u Salvu Balzan. Issa sirna nafu li Salvu Balzan kiteb stqarrija għall-istampa għal Yorgen Fenech. Dan joħroġ minn Whatsapp chats bejn Yorgen Fenech u Salvu Balzan. Din l-istorja kollha bdiet meta Mark Camilleri ppubblika chats li jikkonċernaw lil Rosianne Cutajar. Ara dawn iċ-chats bejn Yorgen Fenech u Salvu Balzan ma ġewx ppubblikata minn Mark Camilleri u l-anqas mill-mainstream media! Anzi Mark Camilleri spiċċa jhedded lil Salvu Balzan bihom. B’reazzjoni ta’ dan, Salvu Balzan kien kixef li l-persuna li kienet qed toħroġ dawn iċ-chats kien Jason Azzopardi. Azzopardi kien qed joħroġhom anki jekk kien jaf li hemm divjit tal-qorti fuq il-pubblikazzjoni tagħhom. Imma, imbierka s-sapjenza t’Alla, dan l-avukat jista’ jagħmel li jrid.

L-aktar li tweġġa’ hu li Salvu Balzan u sieħbu Mark Camillieri jgħajru lin-nies. Balzan qalli li jien “gun for hirer.” Issa kulħadd jaf min hu l-gun for hirer. Camilleri jgħajjar lin-nies bħali li jfittxu s-sewwa bħala mafjużi għaliex skont hu qed nitħallas minn Yorgen Fenech meta dan ma hux il-każ. Issa ħareġ min kien f’alleanza ma’ Yorgen Fenech meta dan kien għadu fil-glorja!

Issa kulħadd jaf min verament kien jaħdem għal Yorgen Fenech. Wieħed minn dawn huwa Salvu Balzan. Ara fuq dawn l-istejjer il-media tal-onesti b’ħalqha magħluq anki jekk insiru nafu li din l-informazzjoni dwar Balzan u Fenech kienet kollha għand il-media. B’hekk wasslet ukoll għand il-media tal-Knisja Kattolika li tiftaħar li hija l-oraklu tas-sewwa!

Dawn iċ-chats bejn Fenech u Balzan jittrattaw storja li fiha kien involut l-MP Nazzjonalista David Thake. Meta Thake kien għadu MP, dan kien mar fuq Xarabank nhar is-7 ta’ Ġunju 2019 u qal li Yorgen Fenech kien offra 50,000 euro lill-Partit Nazzjonalista biex jimblokka lil David Casa milli jkun re-elett fil-parlament Ewropew. Issa skont il-ġurnal elettroniku Bongu, dawn it-transcripts ta’ dawn iċ-chats dwar din l-istorja irċevewh il-media houses kollha.

Yorgen Fenech ried joħroġ stqarrija biex jirribatti dak li qal Thake. Salvu Balzan spiċċa jikteb din l-istqarrija għal Yorgen Fenech. Fuq kollox, Balzan jagħti lil Yorgen Fenech l-email addresses ta’ ġurnalisti magħrufa ħalli jibgħatilhom kopja. Fuq kollox, Salvu Balzan ta’ anki pariri lil Yorgen Fenech x’għandu x’jikteb ħalli f’dak li jikteb ma jagħtix spazju lill-media biex ikollha xi tgħid fuq dak li jkun kiteb. Imbagħad, Salvu Balzan kien ippubblika partijiet minn din l-istqarrija ta’ Yorgen Fenech fil-Malta Today tal-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2019.

Għalhekk wieħed jistaqsi jekk Salvu Balzan kienx qed jitħallas ta’ dan kollu u jekk kien qed jitħallas, kemm kien qed jieħu mingħand Yorgen Fenech? Mhux ser niktiblu dwar dan għaliex naf li mhux ser jirrispondini. Għalhekk qed nagħmillu dawn il-mistoqsijiet pubbliċi.

Imma dan illum iridha bħala l-paladin tar-rule of law u biċċa waħda mar-Repubblichini u kien mal-ġurnalisti li waqqgħu lil Adrian Delia.

Infakkar li Roberta Metsola hija biċċa waħda ma’ Salvu Balzan tant li ppubblika numru ta’ artikli bi ħlas (sponsored) fil-media u l-ġurnali tiegħu. Issa nafu li Salvu Balzan kien ma’ Yorgen Fenech fl-allegat attentat biex David Casa ma jitħalliex jitla’. Infakkar li dawn il-ġurnalisti kienu waħlu f’Adrian Delia meta dan ma kellu x’jaqsam xejn ma’ din l-istorja. Dawn il-ġurnalisti li waħħlu f’Delia kellhom dawn iċ-chats għandhom u b’hekk kienu jafu li Delia ma kellux x’jaqsam, imma xorta lagħbu l-logħba maħmuġa tagħhom. Imsomma, il-ġurnalisti ta’ The Times u dawk tal-Malta Today, mal-ġurnalisti l-oħra, spiċċaw iħokku dahar xulxin!

Illum, il-poplu Malti jaf fejn tinsab il-veru “mafia” f’dan il-pajjiż!

2 thoughts on “Salvu Balzan kiteb press release u kien jagħti pariri lil Yorgen Fenech dwar x’għandu jikteb lill-media: jista’ issa Balzan jgħidilna jekk kienx jitħallas għal dan ix-xogħol?

  1. Salvu ghadu kif kiteb fil-Maltatoday li jrid il-fondi minn ghandna ha nsossnulu il-gurnal ghax jidher li qed jixxotta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *