Vlogg li fih nitkellem kif Andrew Borg Cardona, il-Boċċa, hu minority shareholder f’Evolve Ltd, il-kumpanja li ġabet il-vaċċini tal-Covid f’Malta
Andrew Borg Cardona hu wieħed minn dawk li jħobb jgħajjar lil dan il-gvern bħala wieħed korrott. Imma Andrew Borg Cardona hu wieħed minn dawk li gawda bil-kbir bl-impożizzjoni tal-vaċċin fuq il-poplu Malti.
Illum, barra minn xtutna ġa qed jitkellmu li din l-impożizzjoni ġabet theddida gravi għad-demokrazija. Ara meta l-Ministru Fearne imponi l-vaċċin, Andrew Borg Cardona ma għajrux korrott. Mhux bil-fors, jekk il-kumpanija tiegħu hija minority shareholder tal-kumpanija li ġabet il-vaċċini. Issa qed taw fejnha l-qarnita. U din il-kumpanija hija biċċa waħda mar-Repubblichini.

Għandhom raġun ħafna Laburisti jħossuhom imweġġgħin għaliex dan il-gvern tagħhom ħadem favur nies bħal Andrew Borg Cardona u sħabu r-Repubblichini ħalli jkomplu jħaxnu bwiethom minn fuq is-saħħa tal-poplu Malti.
Din hija raġuni oħra għala int, għandek tingħaqad magħna, kandidati indipendenti, nhar il-Ġimgħa fil-5 pm quddiem Kastilja, ħalli turi lill-gvern li mhux biss dan il-lockdown kien ħażin għad-demokrazija, imma wkoll biex il-gvern jagħti kumpens lil dawk li spiċċaw weġġgħu minn dawn il-vaċċini li ġew impurtanti f’pajjiżna.

Profs taf li dnub issemmi lil San Boccaa. Mur ghamel qrara nobis ghand ic Chalie ghax l infern se jirbhek. Bhala assoluzjoni tad dnub jitfak gimgha fil ‘kunvent’ ma l qassis Joe Borg.