Salvu Balzan ċempilli u ċaħad kategorikament li qatt tħallas minn Yorgen Fenech jew aċċetta xi rigali min għandu.
Illum tellajt artiklu mibni fuq dak li ġie ppubblikat f’Bongu. Fih kien hemm storja dwar chats ta’ Yorgen Fenech ma’ Salvu Balzan. Salvu Balzan ċempilli biex jagħtini l-verżjoni tiegħu tal-fatti. Hu ċempel għaliex jien għamiltlu ċertu mistoqsijiet u b’hekk ċempilli biex iwieġibhomli. Jien għidt li ma ktibtlux, għaliex meta ktibtlu ma rrispondinix. Huwa skuża ruħu u qalli li l-mezz li jien użajt biex bih bagħatlu l-mistoqsijiet ma jużahx u allura ma ndunax li bagħathomlu. Ġentilment stiedinni biex niltaqa’ miegħu għal cafe u lest li jwieġeb kull mistoqsija li nagħmillu.
Hu spjegali li kien ilu jaf lil Yorgen Fenech minn mindu kien jgħallem St. Edwards. Infatti, anki wara li spiċċa minn għalliem u Yorgen Fenech kiber, Balzan qalli li Yorgen Fenech baqa’ dejjem jindirizzah bħala Sir.
Imbagħad għadda biex tkellem dwar l-istorja li jien ppubblikajt dwar iċ-chats u dak li kien ġara fuq Xarabank, meta David Thake allega li Yorgen Fenech kien ried iħallas 50,000 euro biex ma jitlax David Casa. Salvu Balzan qalli mhux vera li hu kiteb l-istqarrija għall-istampa lil Yorgen Fenech. Balzan qalli li Fenech kitibha u bagħatha lilu u hu kemm ikkoreġiha. Hu kompla jispjega li kien Fenech kien li talbu l-emails tal-ġurnalisti u huwa tahomlu.
Biss huwa qatt ma għamel dan ix-xogħol biex jieħu xi ħlas. Huwa qalli li kemm-il darba, Yorgen Fenech stiednu biex imur fuq d-dgħajsa u qatt ma mar. Qalli li anki r-rigali li jirċievi fi żmien il-Milied mingħad nies tal-business, jibgħathom lura. Huwa spjega li hu mar jiekol darbtejn ma’ Yorgen Fenech, u darba bħala familja.
Fuq kollox huwa ċaħad li hu parti mill-grupp ta’ Metsola jew tar-Repubblichini jew li qatt kellu xi aġenda jew ħadem kontra Adrian Delia biex jitneħħa minn kap tal Partit Nazzjonalista. Meta fakkartu f’artikli sponsorjati minn Metsola fuq il-media tiegħu u magħhom wieħed jista’ jżid dak l-artiklu li kiteb Matthew Vella favur Manuel Delia, meta dan fetaħli libel kontra tiegħi fuq dak li ktibt dwaru (jiġifieri Manuel Delia), Salvu Balzan irribatta li hu ma jindaħalx lill-edituri tiegħu x’jiktbu u xi sponsors jieħdu.

Profs. You believe Salvu Balzan at your own peril when he come explaing things. This man is a prim zejza sucker and manipulator, especially sucking from the state.