Where your opinion counts

Jikkonferma l-Prim Imħallef li hu membru tal-Opus Dei?

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħa għalih għaliex għidtlu li hu membru tal-Opus Dei. Ħareġ stqarrija li ġiet ippubblikata mill-media kollha biex jgħid li Professur tal-Universita’ hu qarrieq għaliex qallu li hu membru ta’ din l-Assoċjazzjoni Kristjana li ġiet imwaqqfa minn qassis li l-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjarah qaddis. Wara l-istqarrija tal-Arċisqof Scicluna, ħafna ġew fuqi jistaqsuni dwar l-Opus Dei u jgħiduli jekk din hix xi assoċjazzjoni sigrieta jew le, jew jekk hix waħda tajba jew ħażina. Issa nħalli lil dawn jiġġudikaw din l-assoċjazzjoni bil-mod kif ġab ruħu l-istess Arċisqof Scicluna dwarha.

Imma dak li nixtieq inżid li fost ilmembri tal-Opus Dei hemm (jew forsi kien hemm) nies fil-ġudikatura. Ma għandix l-email tal-Prim Imħallef. Imma nixtieq nistaqsi lill-Prim Imħallef attwali, Mark Chetcuti, jekk hux lest jikkonferma jew jiċħad jekk hux membru jew kien membru tal-Opus Dei? Qed ngħid dan għaliex ma naħsibx li persuna li tispiċċa fuq il-bank tal-ġudikatura ser tibqa’ tattendi l-laqgħat ta’ din l-assoċjazzjoni. Nispera li l-Prim Imħallef joħroġ xi stqarrija u jagħtini tweġiba.

Kull ma nista’ nżid, u dan hu fatt pubbliku, li l-Prim Imħallef ikun fuq quddiem fil-quddiesiet tal-Arċisqof Scicluna u tgħidx kemm dan l-istess arċisqof isellimlu bil-qalb lill-Prim Imħallef!

Fuq kollox, tista’ l-kummissjoni li llum ġie kostitwita skont is-suġġerimenti tal-Kummissjoni Venezja u li fuqha issa qed jogħqod il-Prim Imħallef Chetcuti, tgħidx jekk fost l-għażliet li saru riċentament, intgħażilx xi avukat li nżerta wkoll membru tal-Opus Dei?

Ara Jason Azzopardi ma kiteb imkien biex jgħidli li mhux veru dak li ktibt dwaru li hu membru tal-Opus Dei jew li kien membru imma tkeċċa jew twaqqaf milli jibqa’ jattendi. Fuq kollox, sal-lum għadna ma nafux x’passi ħa jittieħdu fil-konfront ta’ Jason Azzopardi wara li skont Saviour Balzan dan kiser divjit impost mill-qorti. Kieku bniedem komuni għamel dak li skont Balzan għamel Jason Azzopardi, kieku ġa ġie arrestat u l-pulizija u l-qrati ġa għamluh kapuljat.

6 thoughts on “Jikkonferma l-Prim Imħallef li hu membru tal-Opus Dei?

  1. Rule of law a la carte!! Sa fejn naf jien membri tal-ġudikatura huma esklużi milli jkunu affiljati f’għaqdiet soċjali, mażunerija u għaqdiet oħra ta’ natura li biex tkun membri hemm esklussivita’. Min ser jara dan???

  2. In this tiny tiny spot of an island , it is quite obvious that a few powerful families unite to protect their interests by infiltrating the institutions of the State and Church and destroy all those who infringe on their dark weird world

  3. Arcisqof Charles Juda Scicluna b’hafna kpiepel…. daqqa ta’ Arcisqof , daqqa ta Avukat … jhoobb iddur mal-lewza skont id-direzzjonili jinghata minn min HADEM biex poggieh hemm !

    Bejrut Borg u idejn ohra mohbija li kien dejjaqhom l’Emeritus Arcisqof , wisq mahbub Pawl Cremona, li kien beda’ jibni il pontijiet … li dan l”Arcisqof PartigaN 3Repubblikan kisser !

    DAK IZ-Zmien kien beda Kampanja biex jitnehha L’Arcisqof Pawl Kremona u fil Artiklu tieghu Fr Joe Borg kien kiteb ON RECORD
    https://timesofmalta.com/articles/view/leadership-of-church-is-in-crisis-fr-joe-borg.532079 Leadership of Church is in crisis – Fr Joe Borg
    The Maltese Church’s leadership is in a worse situation than that of the Nationalist Party after the 1976 general election, according to Fr Joe Borg. Writing in his weekly The Sunday Times of Malta column, Fr Joe, a blogger and former PRO to Archbishop…

    National
    17 August 2014| Times of Malta |199

Leave a Reply to Mur Obsor Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *