Where your opinion counts

Illum ħafna tesserati Nazzjonalisti qed jammetu li ġew ingannati meta qalulhom li biex jerbaħ il-PN, kellu bżonn jitkeċċa Adrian Delia

Minn osservatur politiku

Kull Malti u Għawdxi jikkonferma li għalkemm għaddejjin skandli koroh fuq il-Partit Laburista xorta għad għandu vantaġġ qawwi fuq il-Partit fl-Oppożizzjoni. Għalkemm tilef il-kawża fuq l-isptarijiet, għalkemm tfaċċa l-iskandlu fi Trasport Malta, għalkemm sirna nafu li ħafna nies akkwistaw b’ħażen mis-servizzi soċjali, xorta jibqa’ l-fatt li l-Partit Laburista ser jersaq lejn l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju b’vantaġġ enormi.

Stħarriġ wara l-ieħor qed jikkonferma li l-Partit Nazzjonalista mhux jirkupra l-votanti li tilef mill-2013 ‘il hawn. L-istess stħarriġ qed jindikaw li l-Kap tal-Partit Nazzjnalista qiegħed fi żvantaġġ enormi meta mqabbel mal-Kap tal-Gvern. U din hija ndikazzjoni ċara li l-Partit Nazzjonalista jinsab marid u Bernard Grech ma hux il-mediċina pertinenti li tfejjaq lill-istess Partit mill-mard tiegħu.

Ir-raġunijiet għas-sitwazzjonijiet li jinsab fihom il-Partit Nazzjonalista huma diversi imma fost l-iktar li jissemmew huma li l-partitarji tal-Partit ma humiex kuntenti bil-Kap tal-ġurnata kif ukoll li l-Kap tal-istess Partit mhux qed ikun kapaċi li joffri viżjoni ċara ta’ tmexxija jekk xi darba jieħu l-Gvern f’idejh.

Mingħajr ebda dubju f’partit politiku huwa l-mexxej li jinstiga tmexxija għaqlija. Huwa l-mexxej li jfassal il-viżjoni tal-Partit tiegħu. Huwa l-mexxej li jixpruna lil ta’ madwaru li jservu lill-poplu bl-aħjar mod possibbli. Dawn huma kollha attribwiti li Bernard Grech ma għandux u li sfortunatament qed ibati minnhom il-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni mexxa kampanja elettorali fl-2022 bi ħsieb ċar li jaqla’ lid-deputati antiki u jdaħħal flokhom deputati ġodda. Ma nistgħux ngħidu li ma rnexxielux imma x’ħa b’daqshekk il-Partit Nazzjonalista? Illum qed naraw nuqqas ta’ esperjenza fl-isvolġiment tal-politika Nazzjonalista. Illum qed jinħassu dawn id-deputati ta’ esperjenza li ma telgħux jew dawk li ġew imwarrba meta tqassmu d-dikasteri tal-kelliema fl-oppożizzjoni. Imma għal Bernard Grech mingħalih li għamel xi vittorja.

Meta taqra dak li qed jinkiteb minn diversi sostenituri tal-Partit Nazzjonalista tirrejalizza li ser jiffaċċjaw elezzjonijiet f’Ġunju bi tmexxija medjokri li persważi li mhux ser twassal għal riżultati sodisfaċenti. Imma donnu ser ikomplu jkunu jitqansħu b’din it-tmexxija għax ma kellhomx l-abilta’ jew id-determinazzjoni li jwarrbu lil dak li l-maġġoranza ta’ deputati riedu meta kien hemm l-aħħar il-ġlieda għat-tmexxija tal-Kap.

Issa t-tesserati qed jammettu bl-iżball enormi li għamlu li ħallew lil min tellifhom bi kbir fl-aħħar elezzjoni ġenerali jibqa’ fit-tmexxija tal-Partit. Issa l-maġġoranza qed jammettu li dak kien żball kbir li ħallew politiku konsidrat tellief li jibqa’ jmexxi Partit kbir. Li kieku sar it-tibdil neċessarju kieku żgur il-Partit Nazzjonalista qiegħed f’sitwzzjoni ħafna iktar pjaċevoli milli hu llum.

5 thoughts on “Illum ħafna tesserati Nazzjonalisti qed jammetu li ġew ingannati meta qalulhom li biex jerbaħ il-PN, kellu bżonn jitkeċċa Adrian Delia

  1. Il-kittieb li harbex jew ihobb jiccajat, jew qed jimmanuvra biex jerga jimbotta lill-siehbu fil-
    minestra li kien hemm qabel – u nieqfu hemm!

  2. What you see is what you get from the #Establishment that pulls the strings of the Partit Nazzjonalista !

    They are managed by RCC , Fr Joe Borg , who took over the Church Media… AND WILL NEVER ACCEPT and forgive Dr Adrian Delia for calling blogger Daphne Caruana #BiccaBlogger with hateful comments in her blog on Alex Borg Olivier, son of Gorg Borg Olivier 🥺😠

    STAT TA’ FATT !

  3. L’istorja tinkiteb u la darba tinkiteb Il biki u it thezziz tas snien ma jibdel xejn. Il PN ghad irid jinqasam u biz zmien …. hafna zmien jibda jitfejjaq ….. U sa dan it tant Il Labour ghadu organizzat sa snienu u ghandu don kbir li vera hu is sinsla ta kwalunkwe partit politiku…. DAK LI JINBIDEL IL HIN KOLLU u mhux jistagna fl 80 ‘s bhall ma gralu Il PN

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *