Where your opinion counts

Il-pressjoni demografika maħluqa b’mod artifiċjali mill-gvern ser tkun qed tfisser aktar tensjonijiet fil-komunitajiet tagħna.

Qed inġib kumment li deher fuq il-media soċjali. Mhux ser nidħol fil-mertu ta’ dan il-kumment. Imma dan il-kumment juri li l-pressjoni li nħolqot f’dawn l-aħħar snin fuq livell demografiku mingħajr ippjanar serju u fit-tul qed tħalli l-impatt tagħha fuq is-soċjeta’ Maltija. F’dawn l-aħħar għaxar snin, l-immigrazzjoni intużat bħala arma għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Fuq livell ekonomiku dan ħadem u ma kienx ħażin. Imma jidher li dan ħadem għall-perjodu qasir ta’ żmien. Issa qed jibdew jinħassu r-reperkussjonijiet ta’ meta l-arma demografika titħaddem mingħajr strateġija u ppjanar fit-tul. Illum għandna sitwazzjoni ġewwa skejjel fejn fi klassi, tnejn biss Maltin u l-bqija kollha barranin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *