Where your opinion counts

Ikomplu joħorġu ta’ giddibin Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo

Il-Ġimgħa kellna demostrazzjoni fil-Belt fejn ir-Repubblichini, Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo kienu fost li pprotestaw u akkużaw lill-gvern u lill-pulizija li jimxu bl-uċuh. Dan hu minnu imma huwa wkoll minnu li huma jagħmlu l-istess. Jekk hemm prova ta’ kemm dan il-gvern Soċjalista jimxi bl-uċuh, dan hu Mark Camilleri. Araw l-pożizzjonijiet kollha li ngħata, jekk kienux mistħoqqha jew le. Dan mhux wieħed li pprova jitħanżer taħt Muscat?

Imbagħad kellna l-istess kelliem Manuel Delia li wera kemm jimxi u jargumenta skont l-uċuh. Infakkar li Manuel Delia u l-kanċilliera tad-djoċesi ta’ Malta, Dee Crespo argumentaw b’dan il-mod u ħa nfakkar x’kitbu:

Dan li kitbu mhux minnu. Jien qatt ma ġejt mixli b’contempt of court minħabba dak li ktibt kontra Galea Farrugia. Jien ġejt mixli fil-falz li għamilt share u erġajt ippubblikajt materjal li kien hemm divjit fuq il-pubblikazzjoni tiegħu mill-qorti. Infakkar li l-ġurnalisti ħbieb tar-Repubblichini u dawk tal-Knisja Mqaddsa Kattolika, Apostolika Rumana orgażmaw fuq li orgażmaw bil-ferħ talli l-maġistrata Montebello qegħditni taħt contempt of court fuq allegazzjoni li rriproduċejt materjal li hemm divjit tal-qorti fuqu.

Naħseb li fl-artiklu ta’ fuq ta’ Manuel Delia qed jirreferi għall-akkuża li kont għamilt kontra sieħeb Galea Farrugia, ċertu Totaro li dan ġie Malta, tqiegħed fl-aqwa hotel u l-anqas kien kapaċi jikkopja s-serial number ta’ hard disk sew. Imbagħad, wara li bqajt nikteb fuq Galea Farrugia – li b’kumbinazzjoni huwa fost dawk li għandu f’idejh dan il-materjal li Mark Camilleri għamel share tiegħu b’mod illegali – ħareġ jgħajjat li qed iħossu mhedded. Imma din id-darba, il-Maġistrata Montebello ma ħadet l-ebda deċiżjoni kontra tiegħi.

Imma mhux biss Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo gidbu fuqi. Anki l-familja Caruana Galizia ma ddejqitx tigdeb fuqi. Infakkar li jien ġejt akkużat b’contempt of court minħabba li falzament ġejt mixli mill-familja Caruana Galizia li għamilt share ta’ materjal li l-qorti għamlet divjit fuqu. Ara Alessandra Dee Crespo u Manuel Delia fil-veru spirtu ta’ mħabba Kristjana jistgħu jixxerjaw materjal li fuqu jkun hemm divjit tal-qorti ħalli jfarrku l-familji.

Infakkar li l-familja Caruana Galizia qalet li min jipparteċipa fit-tixrid u pubblikazzjoni ta’ affarijiet li fuqhom hemm divjit tal-qorti, jkun qed jagħmel parti minn xibka ta’ kriminalita’ organizzata li għandha l-għan li l-integrita’ tal-proċess ġudizzjarju odjern issir trietaq. Ara issa dawn l-istess nies qed jargumentaw bil-kontra u sar leċitu li tagħmel share u re-share ta’ affarijiet li fuqhom hemm divjit tal-qorti ħalli tagħmel il-proċess odjern trietaq. F’dan il-pajjiż, din il-familja u sħabhom ir-Repubblichini, ġabu il-ħaqq mhux ugwali għall-kulħadd. Huma ‘l fuq mil-liġi.

Infakkar li meta ħarġu r-recordings, kellna ukoll lil Sylvana Debono tikteb, titmasħan u targumenta kontra t-tixrid jew riproduzzjoni ta’ materjal li hemm divjit tal-qorti u tippontifika kemm kienu bil-għaqal il-ġurnalisti ta’ Newsbook li ma ppubblikawx materjal li kien hemm projbizzjoni fuqu mill-qorti.

Issa kollox inqaleb ta’ taħt fuq. Issa l-ġurnalisti tal-Knisja f’xalata ta’ mibgħeda f’isem Ġesu’ Kristu. X’għala biebhom li qegħdin fir-Randan imqaddes. Naħseb l-anqas jafu x’inhu. Issa ġurnalisti tal-Knisja jagħmlu share ta’ materjal li fuqu hemm projbizzjoni mill-qorti. Issa l-argumenti nqallbu ta’ taħt fuq għal dawn in-nies. Verament nies ipokriti li ħlief ħdura f’isem Alla ma humiex kapaċi jxerrdu. Kif qallhom Kristu stess, oqbra mbajda.

Kif qatt il-Knisja u l-qassisin jistgħu jkunu kredibbli llum, waqt ir-Randan Imqaddes u temmen dak li qed jingħad fl-eżerċizzi dwar l-imħabba u l-maħfra meta l-medja tal-Knisja, iffinanzjata mill-arċisqof biex imexxi il-mibegħda?! Mhux ta’ b’xejn li anki l-ħeġġa għall-eżerċizzi naqset fost il-poplu Malti.

Għaliex jekk inti tgħajjar lin-nies prick (żobb), masturbators (buġarruni), jew dickhead (ras-żobbi), illum tingħata coverage fil-media ffinanzjata mill-arċisqof Scicluna. Għaliex aktar ma tuża lingwaġġ sesswali maskili kkulurit, aktar tikber fil-gradi tal-media tal-Knisja Kattolika u ssir importanti għaliha. Imma jekk xejn, is-surveys urew li dawn l-affarijiet idejqu lin-nies. Il-Knisja missha ilha li ndunat għaliex id-dħul mingħand in-nies naqsilha. Għalhekk, l-arċisqof kull ma jista’ jagħmel huwa li jżid il-pressure fuq il-kleru tiegħu ħalli jiġbru mingħand il-fidili ħalli titkompla jiffinanzja din il-kampanja ta’ mibgħeda. Kemm infakkar lill-arċisqof, li dan hu l-mod kif jitkellmu u jiktbu sħabu, fosthom Manuel Delia u Mark Camilleri.

Verament kif kienu jgħidu l-antiki – min jitkaża jaqa’ fil-każa’. Infakkar lill-arċisqof u l-media tiegħu li bejn l-imbroljuni ma hemmx ħbiberiji. U s-surveys tal-Ħadd wrew li n-nies fehmuh ħafna dan il-punt.

One thought on “Ikomplu joħorġu ta’ giddibin Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *