Adrian Delia jirreagixxi għaż-żieda ta’ incidenti tat-traffiku b’post fuq Facebook indirizzat lejn il-Ministru Risponsabbli Aaron Farrugia
Adrian Delia tella’ post fuq Facebook fejn tkellem ċar dwar il-problema tat-traffiku f’pajjiżna. Delia għamel riflessjoni fuq il-fatt li qed ikollna wisq inċidenti tat-traffiku f’Malta u fuq kollox l-istat tat-toroq mhux tajjeb waqt li dewmien fuq ix-xogħlijiet qed iwasslu biex qed ibatu n-nies tan-negozju.
Il-messaġġ ta’ Adrian Delia hu kif ġej:
Bonġu Ministru,
Bdejna l-weekend.
Ħin għal ftit mistrieħ u waqtiet ta’ riflessjoni.
Intant 65 karozza oħra fit-triq illum.
Intant 1000 persuna li weġġħet fit toroq tagħna.
Intant żieda ta’ 2000 inċident fis-sena.
Intant diġà tilfu ħajjithom 24 persuna.
Is-sewwieqa frustrati
In-negozji qed isofru
In-nies f’aktar periklu
L-arja mniġġzza iktar minn qatt qabel
Il-poplu imxebba.
U nies li qed jippreferixxu jibqaw id dar ax li tohrog al gost saret mignunata u masokismu!