Where your opinion counts

Peter Agius jgħid li tefa’ l-kandidatura tiegħu għall-elezzjonijiet Ewropew meta fil-fatt kien għadu kandidat.

Minn: Osservatur politiku

Lejlet il-protesta li ġiet msejħa minn Bernard Grech, il-kelliem tal-PN, Peter Agius, poġġa ismu fil-media ħalli għada, waqt il-protesta, jkunu jafu li hu uffiċjlament kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet Ewropej.

Qed ngħid dan għaliex dalgħodu, Peter Agius kiteb fuq Facebook fejn qal li informa lis-Segretarju Generali tal-PN (Michael Piccinino) li jixtieq joħroġ ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Wieħed irid jgħid li Peter Agius diġa’ kien kandidat tal-elezzjonijiet Ewropej. U hawn jinsab il-bużilleż ta’ kollox.

Il-fatt stramb f’din l-istorja kollha hu li hu talab biex ikun kandidat. Min hu midħla fil-PN jaf li kandidat tal-PN jibqa’ minn elezzjoni għall-oħra. Agius diġa’ kien kandidat fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Ma kienx tela’. Kien ġie fir-raba’ post. Imma ismu baqa’ hemm. Kull ma jiġri fil-każ tiegħu huwa li, wara li jistaqsuh hux se jerġa’ joħroġ u jikkonferma ismu. Kif jagħmel dan, ismu jitqiegħed quddiem il-Kumitat Esekuttiv tal-PN u japprovawh. B’hekk ma kellhux għaliex jagħmel storja sħiħa u jħabbara fil-media.

Infakkar li Agius huwa l-kelliem tal-PN. Wieħed jifhem l-interess tiegħu li jikseb siġġu fi Brussell. Il-problema li għandu Agius huwa li jrid jintgħoġob maż-żewġ fazzjonijiet prinċipali fil-PN. Dan jispjega għala bħalissa qed iżomm low profile. Hu jaf li ta’ Repubblika ser jivvutaw lil Metsola u lil Casa. B’hekk hu jrid l-appoġġ ta’ dawk mitqiesa ‘Ta’ Delia’.

Fl-aħħar elezzjoni Ewropej, Agius kien ġab 10,000 vot u aktar min-nofshom grazzi għall-kunjomu, għax kien l-ewwel fil-lista.

Din id-darba, ta’ Agius qed jagħmlu pressjoni biex mal-PN ma joħroġ ebda kandidat li, bil-kunjom, jiġi fuq Agius fuq il-polza tal-vot. Dan għaliex, Agius irid is-siġġu ta’ MEP b’saħħa.

Il-problema li għandu hija kemm ser isib l-appoġġ ta’ dawk mitqiesha bħala ‘Ta’ Delia’ wara li kien ħadem biex Delia jitneħħa u jilħaq Bernard Grech. Wara li leħaq Bernard Grech kien ħadem biex dawk li kienu kandidati mitqiesha ta’ Delia jmorru ħażin fl-elezzjoni ġenerali.

Nistennew u naraw.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *