Where your opinion counts

L-arċisqof inkwetat b’dak li qed jiġri f’Marsaxlokk: Fr. Joe Borg joħroġ għonqu għalih u jfittex li joskura lil Fr. Luke Seguna.

Fr Joe Borg, magħruf bħala Bejrut tella’ post fuq Facebook biex jiddefendi lill-arċisqof Charles Scicluna għaliex dak li qed jiġri f’Marsaxlokk qed jinkwieta bil-kbir lill-kurja. Il-kurja qatt ma bassru li l-parruċċani – b’eċċezzjonijiet żgħar ħafna – ħarġu kollha bi ħġarhom favur Fr. Luke u ħaduha qatta bla ħabel kontra l-arċisqof Scicluna. B’hekk Joe Borg ħareġ jgħajjat li qed isir gideb u attakki vili fuq l-arċisqof. Issa jekk hemm persuna li juża l-ġurnaliżmu biex jigdeb u jagħmel attakk faħxi fuq in-nies, dan hu l-qassis Joe Borg innifsu.

Infakkar li Joe Borg kien fuq il-bord tal-Beacon Media Group Ltd, li fih kellu bħala segretarju lil Michael Zammit Maempel li ħareġ jgħid li x-Xlukkajri huma ddrogati.

Peress li x-Xlukkajri ma bellgħux il-lixka tal-anti-klerikaliżmu tal-ġurnalisti ta’ The Times, li magħhom Joe Borg jiekol il-kirxa, issa qed ifittex li jattakka lil Fr. Luke Seguna u jipprova jitfgħu f’dell ikrah. Dan qed jagħmlu biex jipproteġi lil sieħbu l-arċisqof Charles Scicluna għaliex din l-istorja ta’ Fr. Luke qed iġġiblu nkwiet lil Scicluna fil-Vatikan.

Mela skont Joe Borg, u hawn ser nikkwota mill-post li kiteb fuq Facebook,

Arċisqof li hu l-missier mhux biss tal-qassis li qed jiġi akkużat fil-Qorti iżda wkoll tal-insara kollha li allegatament ġew iffrodati, u tal-insara kollha li qed ibatu quddiem il-fatt li qassis qed jitressaq il-Qorti akkużat b’tant akkużi serji.

Infakkar lil Joe Borg li s’issa għadha ma nġabitx prova waħda mill-prosekuzzjoni li Fr. Luke Seguna iffroda l-parruċċjani tiegħu. Anzi jekk kien hemm persuna li kien qed jiffroda lix-Xlukkajri, dan kien l-arċisqof Scicluna nnifsu għaliex mill-flus li kienu qed jagħtu x-Xlukkajri lill-knisja, 35% jew aktar kienu qed imorru għand l-arċisqof mingħajr ma dawn l-parruċċani kienu jafu.

Imma Joe Borg ma jieqafx hawn u jkompli jagħti n-nar lill-ħatab kontra l-povru Fr. Luke Seguna billi kiteb li:

L-insara Maltin iweġġgħu jaqraw rapport li allegatament intużaw eluf ta’ għexieren kbar ta’ ewro tal-insara fuq siti tal-pornografija jew fuq ħajja lussuża u jaraw ċerti ritratti mperċa fuq Facebook“.

Jista’ Joe Borg jgħidilna fejna l-ħajja lussuża ta’ Fr. Luke Seguna? Dan għax kellu erba’ muturi u Land Rover? Jgħix ħajja lussuza sieħbu l-arċisqof Scicluna għax barra l-palazz ġewwa l-Imdina, għandu karozza bix-xufier u jħobb imur jiekol f’restaurants lussużi ħafna u jħobb ħafna jixtri l-ġojjelli lussużi!

U fuq kollox fejna l-pornografija? Din ħarġuha x-xriek li Joe Borg għandu f’The Times biss s’issa l-pulizija għadha ma ġabet xejn fuq dan fil-qorti. Biss jekk kien hemm pornografija, żgur li ma kienx hemm pornografija fuq siti tal-gays u wisq anqas tat-tfal. Kieku ġa ġie mixli b’pedefolija. Mela dan mhux pedofil jew gay. Forsi għalhekk hemm fil-Kurja min irid isallbu?

Taf x’naf li meta l-knisja kellha kawża dwar pedefolija u persuni reliġjużi nstabu ħatja ta’ abbuż fuq it-tfal, Scicluna għamel kawża biex ma jħallas xejn bħala danni. Ara hawn, l-arċisqof ma ttradixxix il-missjoni tiegħu, kif qalilna Joe Borg meta lill-vittmi tal-pedefolija tħallew bla kumpens.

Imma issa għax qed jaħseb li tilef xi flus mir-renti li kien idaħħal mill-ġbir ta’ dan il-kappillan mar jiġri jikkostitwixxi lilu n-nifsu bħala parte ċivili. Taf x’naf li wieħed mix-xhieda qalha ċara li kieku kien jaf li dawn il-flus li kien qed jagħti kienet ser teħodhom il-kurja ma kien jagħti xejn.

Taf x’missu qal Joe Borg fil-post tiegħu li l-arċisqof Scicluna u l-klikka tiegħu nkwetati bil-kbir għax fil-konċistorju li għadu kif sar, ismu ma kienx mal-ismijiet tal-kardinali l-ġodda. L-arċisqof inkwetat bil-kbir u miegħu l-kurja għax ħadd ma hu qed jemmen li dan l-arċisqof jimpurtah mill-wellbeing ta’ Fr. Luke Scicluna. Kulħadd induna li dan hu arċisqof li jimpurtah biss mill-flus.

U l-inkwiet huwa ikbar għax jekk jaqa’ l-arċisqof Scicluna, miegħu jaqgħu ta’ Repubblika għaliex jitilfu wieħed mis-supporters tagħhom.

Imma kif qallu tajjeb, Xlukkajr devot tal-Madonna ta’ Pompei, “il-Mant tal-Madunna ikbar minnkom“.

2 thoughts on “L-arċisqof inkwetat b’dak li qed jiġri f’Marsaxlokk: Fr. Joe Borg joħroġ għonqu għalih u jfittex li joskura lil Fr. Luke Seguna.

  1. Mhux ovja li Marsaxlokk wara Fr Luke. Lil min sabbu x xlukkajri fil bzonn taghhom ?Fuq liema spalla bkew fil wegghat taghhom ? Min kien maghhom fid dwejjaq u lferh?Hu dejjem fehem u ader . Fr Luke kien il habib ta kulhadd.Kulhadd habbu ghax hu kien ihobb bla distinzjoni.

    Ix xlukkajri qed jippratikaw dak li tghallmu .Il paraboli qedghin hemm bhalla ezempju ta kif ghandek tipratika r religjon .Imma ghal min qedghin il paraboli. Zgur li mhux ghall isqof.
    L iben il halli berbaq kull ma kellu u meta mar lura ghand missieru ghamilu festin .Fejn qed tiprattika li tghallem il knisja. Lil Fr Luke kisritu ,umiljatu,u diga tghatu l htija kollha ghalkemm ghadu ma nstabx hatti .
    Iva ahna konna warajh u nibqu warajh .Ahna ma nhobbux fil bnazzi biss .Il bniedem urih ir rispet meta d dinja tkun kontrih mhux meta jkun fuq pedistal.
    Ahna sugget ghad dnub pero dejjem nistennew il mahfra.Mela l ewwel ma irriddu nahfru ahna .
    Kuragg Fr Luke Ix xlukkajri warajk iva.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *