Where your opinion counts

Fil-Partit Nazzjonalista jiddettaw ta’ Repubblika ma’ sħabhom ta’ The Times u ta’ Newsbook: anki diska saret tat-telqa’ li ġabu fil-PN

Mid-Dar Ċentrali

Nikkonferma dak li ġie ppubblika ilbieraħ li fid-Dar Centrali hemm apatija u dwejjaq kbar. Dan mhux qed ngħidu għax smajtu imma rajtu u qed immissu b’idejha. Kultant żmien immur sad-Dar Centrali. Tidħol fiha u fuq in-naħa tal-partit, baħħ. Skiet li jtarrax. Attivita’ ta’ xejn. Tmur in-naħa tal-MediaLink u telqa kbira, żdingar ma kullimkien u ħaddiema bla entużjazmu ta’ xejn. Dak li jimpressjonak huwa l-apatija enormi li hemm fuq iż-żewġ naħat, kemm tal-partit u tal-MediaLink. Titkellem mal-ħaddiema u qieshom ras maqtugħa. Ħadd ma jaf x’se jigri minnu. Direzzjoni ta’ xejn. Mhux ta’ b’xejn dawn ir-reżenji.

Kap għal kollox assenti. Kif għidt tajjeb inti ilu ġa ġimgħat idur bil-karavan. Issa sa kanzunetta għamlu dwar din l-assenza tiegħu minn Malta. Infakkar li din il-klikka kienet wara din l-għażla.

Waslu l-festi tal-Indipendenza u meta s-soltu tkun għaddejja ħidma ma taqta’ xejn biex il-PN jorganizza l-festi fuq il-Fosos tal-Furjana, din id-darba xejn. Qed jingħad illi din id-darba l-festi mhux se jsiru u jekk isir xi ħaġa se tkun xi attivita’ waħda jew tnejn. Dan ukoll kont ġa tkellimt dwaru. M’hemm ħeġġa u aptit ta’ xejn.

Attivisti u kandidati jilmentaw mat-tmexxija, jgħidulhom li se jkellmuhom, u jibqa’ ma jkellimhom ħadd.  Surveys li jikkummissjona l-PN għal użu intern qed ituh riżultati diżastrużi. Jafu li fl-elezzjonijiet li jmiss tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, il-PN se jerġa’ jġarrab telfa umiljanti.

Il-kandidati tal-kunsilli fl-għama, ma jkellimhom ħadd. Il-kandidati għall-Ewropa assenti għal kollox. Darba f’mitt qamar, u l-MEPs preżenti jittawlu sa Malta, jieħdu kafe’, itellgħu ritratt fuq facebook u jitilqu minn fejn ġew.

Hemm min qed jitkellem u anke jikteb – bħal ma għamel Dr Carm Mifsud Bonnici dan l-aħħar, biex il-PN jieħu deċiżjonijiet radikali issa, mhux għada. Iżda m it-tmexxija ma hemm interess ta’ xejn. Anzi min jazzarda jitkellem jeskluduh. Qed jitilqu attivisti u kandidati kważi kull ġimgħa u l-ebda sforz biex l-emoroġija titwaqqaf. Xejn. Tar-Repubblika, id f’id mat-Times of Malta u Newsbook tal-Knisja, jiddettaw l-agenda huma. Imma dwar dan u kif qed jagħmluh nikteb darba oħra.

Qerduh partit, x’aktarx darba ghal dejjem

3 thoughts on “Fil-Partit Nazzjonalista jiddettaw ta’ Repubblika ma’ sħabhom ta’ The Times u ta’ Newsbook: anki diska saret tat-telqa’ li ġabu fil-PN

  1. Minn Parit rebbieh j hlorjuz li kien jidetta l- agenda pilitika ta’ Malta il-PN taht it tmexxija ta’ Bernard Grech sar cajta. A sad joke.

  2. Minn Partit rebbieh u glorjuz li kien jiddomina ix xena politika ta’ Malta u kien jidetta l agenda politika ta’ Malta, il-PN taht Bernard Grech sar cajta. A SAD JOKE.

Leave a Reply to saviour stivala Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *