Where your opinion counts

Emvin Bartolo jitfa’ botta lil Robert Arrigo u jgħidlu li mhux ta’ karattru b’saħħtu għax baqa’ jżomm f’qalbu

Emvin Bartolo tella’ post fejn fih appella lil Robert Arrigo u lil dawk imweġġgħin fil-Partit Nazzjonalista biex jinsew l-imgħoddi, jaħfru u jingħaqdu wara Bernard Grech. Dan għamlu billi kkwota qassis. Dan hu l-post li tella’.

Dak li laqatni f’dan il-post huwa l-fatt li dan Emwin Bartolo ma kienx iddejjaq jingħaqad mal-abortisti u l-atei biex iwaqqa’ lil Adrian Delia. Issa jrid jikkwota lil xi qassis biex jikkonvinċi li għandna ningħaqdu miegħu. Fuq kollox, din il-kwotazzjoni hija botta ċara lejn Robert Arrigo. Biha qed jgħidlu li hu (jiġifieri Robert Arrigo) mhux ta’ karattru b’saħħtu għaliex mhux kapaċi jinsa u jimxi ‘l quddiem. Verament bniedem li ma jafx jistħi. Infakkar li Emvin Bartolo kien il-bniedem li żamm lil Robert Arrigo milli jitla’ fuq il-palk waqt ir-rally politiku ġewwa Tas-Sliema.

Kif kitibli xi ħadd li ġustament qalli-

“Dan Emvin Bartolo ma jistħix minn Alla li ħalqu… għamel sentejn u nofs jipprova u rnexxielu jniżżel lil Adrian Delia (mhux mertu tiegħu iżda għaliex Adrian Delia qatt ma ried ikun kap jekk ma jkollux l-approvazzjoni tal-maġġoranza). Fuq kollox, dan kisser kemm Alla ħalaq nies qrib ta’ Adrian Delia b’gideb u kalunji li qatt ma ġew ippruvati. U Alla jbierek, issa qed jistenna li kulħadd jinsa u jaħfer… Iva, ħafna jridu jinsew li xi darba kienu jifformaw parti minn partit tal-mibegħda, u jaħfrulek. Imma wieħed ma jistax jitlob lin-nies li jaħfru qabel ma dawn l-istess nies jindmu milli jkunu għamlu. U l-indiema ma tidher imkien f’Emwin Bartolo”.

2 thoughts on “Emvin Bartolo jitfa’ botta lil Robert Arrigo u jgħidlu li mhux ta’ karattru b’saħħtu għax baqa’ jżomm f’qalbu

  1. Kieku ma kienx gentlom u ta’ karatru tal-azzar kien jsqbdek mill-warani, jarmik u jibqa ghaddrj min fuqek! Min int int Envin? Xejn iktar min attivist bhali! Bl-iema jedd u ghardier twaqqaf lil vivi Kap jew ufficjal iehor!!!
    Grazzi mahbub Robert Arrigo

  2. Emvin kurzita: qed tithallas mill-PN jew kont tithallas. Ilhaqt gamilt zmien tithallas mid db u taghmel xoghol ghall partit ? Kurzita biss?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *