Pressjoni interna biex Jason Azzopardi jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet Ewropej
Bħalissa għaddejja pressjoni interna fuq Bernard Grech biex Jason Azzopardi jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni Ewropej. Bħal ma jiġri f’każijiet bħal dawn, meta xi persuna jkollha xi interess li toħrog għax xi elezzjoni, imma jkun hemm dubji dwarha, jibdew jidhru posts fejn jintalab lill-partit biex jikkonsidraha. Jidher ċar li l-canvassers ta’ Jason Azzopardi qegħdin jagħmlu pressjoni fuq il-Partit Nazzjonalista biex Jason Azzopardi jkun fil-lista tal-kandidati tiegħu tal-elezzjonijiet Ewropej. Dak li ġie innutat huwa li dan l-aħħar, Jason Azzopardi ma għadux jikkritika jew jitkellem kontra Bernard Grech fiċ-ċrieki intern tal-Partit Nazzjonalista. Infatti hemm min qed isostni li Jason Azzopardi bagħat feeler biex jara kif tintlaqa’ l-għażla tiegħu jekk ikollu joħroġ għall-Ewropa. Dan hu post li deher fuq is-site Nazzjonalisti Magħqudin.

Proset tajjeb hekk ghandukun. Ahjar nidhaq milli nibki
Mhux tajjeb ghal Maltin….. ikun tajjeb ghal bqija ta l Ewropa. Tajjeb.
Dan suppost li rezenja mil PN u ma ghadux membru. Jekk johrog hu, il PN itella 3 u b’ekk Bernard jista jibqa hemm ipappi. Kollox mahdum bizzilla Bernard, viva ssiggu tal poter.
Presently in the pn : ANYTHING GOES