The Times tgħid li l-MEPs tal-Lejber Josianne Cutajar u Alex Agius Saliba ivvutaw favur l-abort meta ma kienx il-każ
Illum, The Times, naħseb bi żvista qalet li l-MEPs tal-Lejber Josianne Cutajar u Alex Agius Saliba vvutaw favur l-abort. F’paġna tlieta qalet li Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar ivvutaw favur meta kien Cyrus Engerer li vvuta favur. Jidher ċar li dan għamluh biex jaġevolaw lil Cyrus Engerer. Qalu li Engerer astjena. Din hija stramba ħafna. Fil-fatt għamel il-kontra.

F’dan il-każ, il-Malta Today tat rapportaġġ tajjeb.

Mhux dan is-sit biss xi kultant jieħu xi żball bid-differenza li dan hu sit bla riżorsi u mhux bħal The Times li għandha struttura sħiħa warajha!