Where your opinion counts

Dan is-sit kien qal is-sewwa meta ppubblika stejjer li mhux vera Dalli kien rabat lill-Porporina mas-siġġu tat-tortura

Dan is-sit kien qal ċar u tond li l-istorja li dehret fil-media fejn fiha ġie allegat li l-eks-Direttur tal-Ħabs, Alex Dalli, kien rabat lil wieħed mill-ħabsin, magħruf bħala l-Porporina, ma’ siġġu, li l-media tal-knisja kienet ddeskrivit dan is-siġġu bħalha s-siġġu tat-tortura bħala gidba.

Issa dan qed ikun ikkonfermat mill-protagonista stess. Is-Sur Alfred Bugeja, magħruf bħala l-Porporina qal fil-qorti li mhux veru li hu ġie marbut ma’ xi siġġu, aħseb u ara kemm ġie marbut mas-siġġu tat-tortura. Issa ħadd ma jista’ jgħid li din il-persuna xehdet kif xehdet għax qed tibża’ mis-Sur Dalli għaliex is-Sur Dalli ma għadux imexxi l-ħabs ta’ Kordin. L-anqas ħadd ma jista’ jgħid li qed jibża min-nies ta’ Dalli, għaliex illum inkomplu nsiru nafu li Randolph Spiteri ma hux ser jibqa’ jaħdem fil-ħabs.

Fuq kollox, mix-xhieda tiegħu s-Sur Alfred Bugeja kkonferma storja oħra li dehret fuq dan is-sit u hija marbuta mal-mewt tal-mara tiegħu. Hu qal li l-mara tiegħu mietet ftit tal-jiem ilu.

Din l-istorja tkompli tikkonferma li dan is-sit jgħid il-verita’.

One thought on “Dan is-sit kien qal is-sewwa meta ppubblika stejjer li mhux vera Dalli kien rabat lill-Porporina mas-siġġu tat-tortura

  1. Ma ghandix dubju mill istejjer li tikteb li huma veritieri, prosit Dr. Mercieca ghax permezz tal kitba tieghek insiru nafu hafna affarijiet li jkunu mistura. Id dnub huwa li hafna mil midja li ghandna gewwa dan il pajjiz huma kollha miftema bejnithom b’agenda wahda, li kullhadd jaf xinhi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *