Wara dak li ħareġ il-bieraħ, kif jistgħu l-kunsilliera jikkonfermaw lil Bernard Grech bħala kap?

Minn qarrej ta’ dan il-blog li jiffirma Sliem.

Qabel l-elezzjoni, il-PN kien maqsum f’żewg fazzjonijiet. Kien hemm il-fazzjoni ta’ Dr Adrian Delia li l-oriġini tagħha ġejja mill-fazzjoni li kien hemm wara Ġorġ Borg Olivier u wara ta’ John Dalli. Din il-fazzjoni ta’ wara Delia kienet il-fazzjoni kontra l-Establishment li kienu jagħmlu parti mis-sbatax-il Blue Heroes. Dawn ta’ l-aħħar kienu li għażlu lil Dr Bernard Grech. L-oriġini tagħha ġejja minn Louis Galea u l-familja ta’ Eddie Fenech Adami.

Issa x’ġára minn wara l-elezzjoni? Dik il-fazzjoni ta’ Adrian Delia baqgħet sħiħa. Imma l-fazzjoni tal-Establishment qed titfarrak! Issa hemm il-possibilita’ li l-PN jinqasam. Dan il-biża’ żdied sew. Issa ħiereġ fil-beraħ dan l-inkwiet kollu fil-Partit Nazzjonalista. Il-probabilita’ hi li l-kredituri ser imorru jiġru jagħmlu mandati fil-qorti għat-talbiet ta’ sekwestru biex jiġbru ġidhom lura. Din żgur tkun il-kundanna tal-PN!

B’hekk il-PN ġralu bħal dak il-ħmar il-magħkus li issa qed idur għalih id-dubbien! Il-bieraħ assistenja għat-tielet att tat-traġi-kummiedja li bdiet is-Sibt minn Bernard Grech meta għajjar lil Jason Azzopardi skadut. Dawn wassal biex Jason Azzopardi għamel l-allegazzjoni pubblika. Ilbieraħ, Azzopardi ssostanzja din l-allegazzjoni fuq Bernard Grech. Din kienet dikjarazzjoni ta’ gwerra bejnu u l-establishment li hu kien parti minnu. B’hekk fid-dikjarazzjoni li għamel ilbieraħ wara nofs in-nhar, Jason Azzopardi ried joħroġ lill-kap tal-Partit Nazzjonalista ta’ giddieb.

Azzopardi jaf li quddiem dikjarazzjoni bħal dik, il-PN ma għandux triq oħra għajr li jibda l-proċeduri biex ikeċċuh. Jason Azzopardi antiċipa din il-mossa huwa stess u b’hekk ħa d-deċiżjoni li jirreżenja mill-Partit Nazzjonalista.

B’dak li ġara u bil-mod kif ħadem Bernard Grech, Jason Azzopardi ġie dahru mal-ħajt u kien kostrett li jissostanza l-allegazzjoni fil-pubbliku. B’hekk issa qed nassistu għat-traġiċi-kummiedja li tfakkarna fil-istorja ta’ Sansun. Sansun miet, imma miegħu mietu l-Filistej. Kif kien jgħid il-mexxej Soċjalista Taljan, Bettino Craxi – Morto Sansone con tutti i Filistei.

Hawn wieħed jistenna reazzjoni minn Manuel Delia u Tar-Repubblika, jiġifieri l-alleati ta’ Jason Azzopardi. Il-mistoqsija tiġi waħidha. Lil min ser jappoġġaw? Lil Jason Azzopardi jew lil Bernard Grech? Jekk tar-Repubblika jallinejaw ruħhom ma’ Jason Azzopardi, Karol Aquilina jispiċċa f’pożizzjoni antipatika fil-PN. Għal ħafna, dan ser ikun Popcorn Time! Mhux popcorn time biss ġej, imma anki finger food u drinks! Tgħid issa min ser ikun il-ħaruf tas-sagrifiċċju? Kieku Malta pajjiz normali bil-korp tal-pulizija serju, kieku l-bieraħ stess, Dr Bernard Grech raqad id-depot!

S’issa t-tattika ta’ Azzopardi dejjem kienet li jirrikorri lejn nofs veritajiet u fil-Malti ngħidu li nofs veritajiet huma agħar minn gidba. Dak li hu żgur li din id-darba, Jason Azzopardi ssustanza l-allegazzjoni b’mod pubbliku, kemm permezz tar-riżejna u anki bid-dikjarazzjoni tiegħu. Dawn ser iqajmu l-irwiefen fil-PN. Minflok, jidher li nofs veritajiet din id-darba ġejjin min-naħa tal-Partit Nazzjonalista. Fi kliem ieħor, ġa l-Partit Nazzjonalista daħal f’eżerċizju tad-damage control meta sema’ minn Bernard Grech u għajjat li jiltaqa’ l-amministrattiv b’urġenza l-Ħadd li għadda. Issa, wara din l-istqarrija jew dikjarazzjoni tal-bieraħ, il-PN irid jara kif ser iwieġeb. Fuq kollox, sal-bieraħ filgħaxija, Net News kien għadu ma tax l-aħbar li Jason Azzopardi kien irreżenja mill-Partit Nazzjonalista.

Min jaf x’ser jiġri issa fil-Kunsill Ġenerali li jrid jikkonferma lil Bernard Grech bħala kap wara dan kollu? Żgur li ġej żmien interessanti! Wara dak kollu li ħareġ il-bieraħ, kif jistgħu l-kunsilliera b’qalb safja u b’imħabba ġenwina lejn il-Partit Nazzjonalista jikkonfermaw lill Dr. Grech kap mill-ġdid tal PN?!

Sliem.

4 thoughts on “Wara dak li ħareġ il-bieraħ, kif jistgħu l-kunsilliera jikkonfermaw lil Bernard Grech bħala kap?

  1. Darba kien hemm partit gloruż li għeb mix-xena lokali u sar parti mill-istorja politika ta’ dan il-pajjiż. Il-PN apparti li fallut finanzjarjament, maqsum bejn klikek differenti għandu problemi kbar ta’ vizjoni, kredibilita’, konfużjoni idejoloġika, strutturalment mifni b’ħafna ilħna differenti u tmexxija dgħajfa għall-aħħar. Dan kollu huwa daqqa kbira għad-demokrazija ta’ pajjiżna!

  2. Jekk dak li qed jejt Jason huwa MINNU, u gara iktar min sena ilu, ghaliex is safi kixfu issa. Mela dak iz zmien jien tajjeb u wara li gi mormi min distreti ultra najonalisti, forsi minhaba ghatitudni xejn safja, sar Hazin? DWAR l ikla is safi kif jien hemm? Skont hu min bieh jew xtara dajsa min ghand il qraba wkoll mhux affidabli.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading