Konflitti ta’ alleanzi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista

Minn qarrej ta’ dan il-blog

Ftit tal-jiem ilu, kien hemm storja fuq One News li tkompli tikkonferma l-qasma li hemm fl-amministrazzjoni Nazzjonalista u l-gwerra bierda li teżisti. Jien kont għidt li l-inkwiet bejn Bernard Grech u Jason Azzopardi ser jiżdied fil-PN. Dan kont għidt f’artiklu li bgħatt lil dan il-blog. Dan ser iwassal għal aktar inkwiet bejn l-establishment u n-nies ta’ Repubblika. Jien kont staqsejt fejn ser jitfgħu s-support tagħhom Manuel  Delia u l-grupp Repubblika? Fuq dan kont anki ktibt fit-tul f’artiklu li kont bgħatt lil dan is-sit.

Issa qed jidher ċar li persuni bħal Karol Aquilina għandhom konflitt ta’ alleanza. Ma’ min ser iżommu? Ma’ Bernard Grech jew ma’ Jason Azzopardi?

Dan wassal biex Karol Aquilina jagħmel pressjoni fuq il-Partit Nazzjonalista u jesiġi spjegazzjoni mingħand Bernard Grech dwar l-allegazzjoni li għamel Azzopardi fil-konfront ta’ Bernard Grech meta allega

li waqt ikla ma’ numru żgħir ta’ negozjanti, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ittieħed f’ġenb minn żewġ persuni li huma qrib xi ħadd li għaddej bi proċeduri kriminali b’rabta ma’ qtil.

One News tkompli tgħidilna li

Azzopardi allega li hemmhekk issemma s-suġġett ta’ proklama għall-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, b’Bernard Grech jagħti assigurazzjoni li, li kieku kellu jkun Prim Ministru, ikun dispost jirrakkomanda l-għoti tal-proklama.

Imma dak li laqgħatni l-aktar f’dan ir-reportage minn One News huwa li

Karol Aquilina, li hu l-Kelliem tal-PN għall-Ġustizzja – portafoll li, meta ġie biex jagħmel ix-Shadow Cabinet tiegħu, Bernard Grech kien kostrett iċedi li jagħtihulu fuq insistenza anki ta’ nies qrib l-għaqda Repubblika – saħaq ma’ ONE News li huwa esiġa li jkollu spjegazzjoni mingħand Bernard Grech.

Fi kliem ieħor, Karol Aquilina qiegħed jistenna u jisħaq għall-spjegazzjoni mingħand Bernard Grech dwar dawn l-ikliet u l-involviment tiegħu ma’ kuntratturi u nies tan-negozju.

Għalija dawn huma sintomi ċari ta’ nkwiet intern fil-Partit Nazzjonalista.

Sliem

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *