Kieku rebaħ Bernard Grech kien jikkrea Keith Schembri ieħor: The Times tikkonferma l-istorja ppubblikata f’dan is-sit dwar Ray Bezzina u d-DB

Dan is-sit jiġi mgħajjar li hu sit tal-fake news. Biss wara numru ta’ ġimgħat, dak li jippubblika dan is-sit jiġi kkonfermat. Dan is-sit, madwar ġimgħatejn ilu, kien ippubblika li Ray Bezzina mar direttur mad-db Group. Il-bieraħ, din l-istorja ġiet ikkonfermata minn The Sunday Times. The Sunday Times iddeskrivit lil Ray Bezzina bħala r-right hand man ta’ Bernard Grech.

Ma hemmx dubju, li Bezzina uża l-pożizzjoni tiegħu għall-interessi personali tiegħu. Wieħed ma jispiċċax direttur mad-db Group għal xejn.

Infakkar li d-db Group kien f’kontroversja kbira minħabba l-applikazzjoni tiegħu għal bini ta’ torri li ħa jordom il-bini tar-residenti tal-madwar ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan. Dawk li vvutaw favur din l-applikazzjoni ġew akkużati li kienu mixtrija tad-db Group. Suppost, il-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Bernard Grech għamel resistenza. Illum ħafna Nazzjonalisti u nies komuni qed iħoss li l-Partit Nazzjonalista għamel resistenza taparsi.

Fuq kollox, b’din id-deċiżjoni jfisser li Ray Bezzin mhux sejjer lura l-bank.

Sadanittant, jekk wieħed jinnota, tad-db Group – li kulħadd jaf huma sostenituri tal-Partit Nazzjonalista – ma għadhomx fil-mira tal-attakki tal-media tal-PN u media oħra – dik li suppost tissorvelja kontra l-frodi u l-abbużi f’pajjiżna.

Ovvjament, The Sunday Times tatna din l-aħbar fil-paġni ta’ ġewwa. Imma din xorta ġabet reazzjoni negattiva fost in-Nazzjonalisti. Hawn qed inġib tliet kummenti, wieħed tas-Sindku ta’ Ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg fejn ma ddejjaqx jgħid li dawn il-manuvri naqsu l-kredibilita’ tal-PN. Mingħajr ma jsemmih b’ismu, Buttigieg jgħid li l-poplu għandu raġun li ma jafdax ċertu politiċi u b’dan qed jifhem lil Bernard Grech li Ray Bezzina kien u għadu biċċa waħda miegħu.

Kumment ieħor li laqgħatni kien ta’ ċertu Francis Xavier Darmanin. Bir-raġun, dan argument li kieku rebaħ Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista kien ser ikollu Keith Schembri ieħor fil-preżenza ta’ Ray Bezzina ġewwa Kastilja. Ara fuq Ray Bezzina, tar-Repubblika qatt ma ħarġu jipprotestaw jew jagħmlu xi ritratt tiegħu mal-ħitan tal-qorti!

Kif qallu x’ħadd lil Bernard Grech, li jekk ser jibqa’ fit-tmexxija tal-PN, il-partit ma għandux futur:

One thought on “Kieku rebaħ Bernard Grech kien jikkrea Keith Schembri ieħor: The Times tikkonferma l-istorja ppubblikata f’dan is-sit dwar Ray Bezzina u d-DB

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading