Bernard Grech ma appunta l-ebda Shadow Minister biex jgħasses fuq il-protezzjoni tat-tarbija sa mit-tnissil tagħha
Qed inġib post fejn qed jingħad li qabel kien hemm shadow minister li kien jissorvelja l-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf. Infatti, dan kien ikun issorveljat, jekk niftakar sew minn Claudio Grech. Illum kważi kull deputat ġie mogħti xi kariga biex jgħasses fuqha imma dik dwar il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf ma ġietx inkluża.
Imbagħad Bernard Grech jieħu għalih meta jgħidulu li hu favur l-abort. Favur l-abort u bil-provi. Fuq kollox, f’dan il-blog, ġie mfakkar li dawk kontra l-abort qatt ma ġew mistiedna jitkellmu fuq NET TV waqt il-kampanja elettorali.

Jien kont nistenna li punt bħal dan jitqajjem mill-media tal-Arċisqof Scicluna jekk din verament temmen li l-ħajja tibda mill-konċepiment imma għandi d-dubji kemm l-istess knisja llum temmen li l-ħajja tibda mit-tnissil u mhux mit-twelid. Imma ma rridx ninstema negattiv u allura aħjar ma ngħid xejn fuq dan il-punt. Anzi f’dan il-post qed jingħad li Bernard Grech mexxa ‘l quddiem dawk li huma favur l-abort fl-istess partit tiegħu.

There’s a question at this point – does the party still exist?