Ikla bejn Adrian Delia u Mark Anthony Sammut: milqugħa b”mixed feelings’ mill-partitarji taż-żewġ naħat

Il-bieraħ saret ikla bejn Mark Anthony Sammut u Adrian Delia. Din saret ġewwa restaurant u għalija attenda ukoll partitarju Nazzjonalista bl-isem ta’ Robert Clynch.

Din l-ikla ġiet milqugħa b’mixed feeling jew reazzjonijiet diversi mis-supporters Nazzjonalisti. Naħseb l-“mixed feeling” ma ġiex ikkreat mill-fatt li Adrian Delia u Mark Anthony Sammut marru jieklu flimkien. Illum dawn it-tnejn huma deputati tal-istess partit u wieħed jifhem li dan isir. Il-“mixed feeling” u nżid ngħid ix-shock ġie kkreat mill-mod kif din spiċċat mxandra fuq Facebook.

Wieħed jrid jiftakar li kien hemm ġlieda kbira politika bejn dawn it-tnejn. Tnejn jirrappreżentaw fazzjoni differenti fil-PN. Din affettwatt ħafna partitarji Nazzjonalisti. Partitarji ġew mgħajra u mweġġgħa b’mod partikolari dawk li huma jew taw is-support lil Adrian Delia. Jekk wieħed jaħseb li ikla bħal ser tnessi l-weġġgħat li hemm jinsiha. L-anqas ser isservi biex tfejjaq dawn il-weġġgħat. Anzi l-mod kif inħadmet ser tikkrea weġġgħat ġodda.

Nifhem li jkun hemm min jikteb li dan kien pass tajjeb ħafna. U dan kien li ntqal minn dawk li kitbu pubblikament dwar din l-istorja fuq Facebook.

Imma fil-verita’ hemm ħafna partitarji li ma tantx ħadu gost b’dan. Inżid ngħid li ddarsu u qed jistaqsu ċar u tond fil-privat x’inhu l-veru messaġġ wara dan ir-ritratt li ttella’ fuq Facebook. Hemm partitarji li wara li raw dan ir-ritratt qalu li issa daqshekk l-involviment tagħhom fil-politika.

Dan is-sit segwa mill-qrib lil Adrian Delia u kien favur tiegħu meta l-media kollha kienet kontrih. Waqt li kien hemm partitarji fuq iż-żewġ naħat li wrew it-tħassib tagħhom, jien ser inkun qed nitkellem hawn dwar dawk li huma mitqiesha bħala supporters ta’ Adrian Delia.

Ħafna partitarji staqsuni ta’ Adrian Delia x’naħseb. Imma kelli xi partitarji li huma mitqies tant naħa l-oħra li kitbuli wkoll.

Dak li nista’ ngħid huwa li jekk Adrian Delia ħaseb li ser iġib is-support tal-fazzjoni l-oħra bi propaganda bħal din qed jiżballja bil-kbir. Il-biża huwa li ser jitlef tiegħu. Il-periklu huwa li b’dan il-ġest qed jissoggra li jitlef is-support u l-momentum li huwa kien qed jibni bil-mod il-mod wara li kien vittma tal-assassinju tal-karattru.

Jekk l-istrateġija hawn hija dik li tkun ikkuppjata l-metodoloġija tal-Partit Laburista biex għaqqad il-fazzjonijiet fi ħdanu, allura il-PN qed jiżballja fil-metodoloġija tiegħu. Infakkar li l-PN qed jikkopja f’kollox lill-Partit Laburista biex mingħalh jiġbed miegħu s-supporters tal-Lejber, Imma din l-istrateġija qed tfalli. Il-PN ma rnexxilux iġib lil-Laburisti mdejqin miegħu. Nifhem u naqbel li hemm bżonn ta’ rikonċiljazzjoni imma r-rikonċiljazzjonijiet ma jsirux b’dan il-mod fuq Facebook.

Ir-riskju u l-periklu hawn huwa li l-PN ser ikompli jitlef mill-vot konservattiv tiegħu.

One thought on “Ikla bejn Adrian Delia u Mark Anthony Sammut: milqugħa b”mixed feelings’ mill-partitarji taż-żewġ naħat

  1. Il-hdura li hemm minn din it-tmexxija ta’ Bernard Grech mhux se tisewwa b’semplici ikla. Din l-ikla hija melh fuq il-ferita ghall-dawk li gew imwarrba ghax appogjaw lil Delia. Minn naha l-ohra Bernard Grech minbarra li qed juri li mhux kapaci ghall- kariga ta’ Kap qed jimxi b’politika ta’ ifred u saltan. Hu bniedem mimli bih in-nifsu li jimpurtah biss minnu in-nifsu. Din l-ikla serviet biss biex aktar nies jitgerrxu mill-PN.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading