Deputati ġodda jridu joqogħdu ħafna attenti x’jiktbu fuq Facebook għax jistgħu juru li ngħataw karigi li ma jafu xejn dwarhom

Id-deputat il-ġdid Nazzjonalista, Darren Carabott tella’ post fuq Facebook wara li Bernard Grech appuntah ic-Chairperson tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament. Deputati ġodda, bħal Darren Carabott, jridu joqogħdu attenti x’jiktbu għax juru li ser ikunu qed imexxu kumitati imma ma jafux kif jaħdmu dawn il-kumitati tal-parlament.

Fil-bidu ta’ dan il-post Darren Carabott kiteb hekk

Ġejt afdat biex immexxi u nkun Chairperson tal-Public Accounts Committee – irwol li jġib miegħu responsabbilta’ kbira. Dan hu l-uniku kumitat parlamentari li l-Oppożizzjoni għandha maġġoranza fuqu”.

Hawnhekk qed jgħaddilna messaġġ li hu ser ikun qed imexxi l-kumitat tal-kontijiet pubbliċi u skond Carabott l-Oppożizzjoni għandha l-maġġoranza fuqu. Dan juri li Darren Carabott qatt ma segwa dan il-kumitat. L-oppożizzjoni ma għandha l-ebda maġġoranza fuq l-ebda kumitat tal-Parlament. Il-maġġoranza qegħda dejjem f’idejn il-gvern.

Wisq inqas f’dan il-kumitat li ser ikun qed imexxi. Kull ma għandha l-Oppożizzjoni fuq il-kumitat hija t-tmexxija, jiġifieri li c-chairperson tiegħu jinħatar mill-Oppożizzjoni. Dan il-kumment jitfa’ dell ikrah kemm din il-persuna hija idoneja biex tmexxi kumitat bħal dan li jġorr miegħu ċertu importanza fil-parlament?

Li huwa tajjeb f’dan kollu huwa l-fatt li tneħħa għal kollox Beppe Fenech Adami li spiċċa għamel farsa mil-kumitat tal-kontijiet pubbliċi. Konna spiċċajna naraw dramm tal-waħx kull darba li jiltaqa’ dan il-kumitat. Issa ser ikollna prinċipjant li nispera li minn issa, u allura qabel jibda jiltaqa’ l-parlament, imur jistudja b’ċerta attenzjoni l-istanding orders dwar dan il-kumitat u jipprova jifhem x’inhu mitlub minnu bħala Chairman ta’ dan l-istess kumitat parlamentari.

Nissuġġerilu li jara u jsegwi sew il-Parlament Ingliż ħalli jitgħallem tajjeb kif jaħdem il-Parlament Malti.

Qed ngħid dan għaliex Darren Carabott suppost li kellu training politiku tajjeb minn għand sħabu Claudio Grech u Austin Gatt.

Nispera u nittama li jipprepara ruħu tajjeb għax jispiċċa bill-membri tal-Gvern jiekluh qabel jibda.

One thought on “Deputati ġodda jridu joqogħdu ħafna attenti x’jiktbu fuq Facebook għax jistgħu juru li ngħataw karigi li ma jafu xejn dwarhom

  1. Nahseb li l-ahjar haga li jaghmlu hu li jiehdu course fl-istudji politici jew imqar xi numru ta lezzjonijiet immexxijja minn persuni idonei bhal ma hu Prof. Godfrey Pirotta…persuna oggettiv, bilancjat, b’esperjenza vasta fil qasam politiku kemm barrani imma wkoll malti!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *