Proposta biex titwessa’ l-lieva fl-Ukrajna: din tikkonferma li l-qagħda militari ta’ l-Ukraina hija mwera.
Blog post minn Romegas
Il-parlament Ukren qed jipproponi liġi li tobbliga lil dawk kollha eliġibbli għall-mobiliżazzjoni fl-armata u jinsabu barra l-pajjiż, biex jirritornaw lura minnufih u jekk jonqsu milli jagħmlu hekk jistgħu jeħlu sa’ għaxar snin snin ħabs.
Mill-effett prammatiku, anki li kellha tgħaddi din il-liġi, niddubita li hemm wisq nies li jitħajru jirritornaw. Ma naħsibx li l-oligarki u l-familjari tagħhom li ħarbu mill-ewwel mill-pajjiż lejn il-vilel tagħhom fl-Amerika u l-Ewropa ser jitilqu kollox u jirritornaw – daqstant ieħor ma narax wisq voluntieri fost il-miljuni ta’ ħaddiema u refuġjati – li qegħdin jew fl-Ewropa jew ir-Russja biex jissieħbu mal-armata Ukrena u jmorru għall-ġlied. Li kien hekk, kienu imorru min jheddhom. Wara kollox, l-Ukranja mhix f’pożizzjoni li tinforza liġi ta’ din ix-xorti.
Mill-aspett militari, miżura bħal din tindika li l-qagħda tal-forzi armati Ukreni hija mwiegħra sew.
