Nifraħ lil Anglu Farrugia li reġa’ nħatar Speaker
Nixtieq nieħu din l-okkażżjoni biex minn qalbi nifraħ lil Anglu Farrugia li reġa’ nħatar Speaker. Issa nispera li ma jkunx hemm min jgħid li jien niekol il-kirxa ma’ Anglu Farrugia għax qed nifraħlu.
Is-sewwa huwa li Anglu mexxa l-Parlament b’mod tajjeb ħafna, minkejja li ġie taħt attakk inġust ta’ Repubblika li jridu jibdlu s-sistema tagħna minn waħda mibnija fuq il-mudell Ingliż għal oħra li r-regolamenti jiddettawhom huma skont il-prinċipji li huma jsejħu r-rule of law imma fil-verita’, dawn huma prinċipji li jinbidlu skont kif jaqbel lilhom.
Għall-inqas fuq dan il-punt, il-Prim Ministru ma semax minnhom kif għamel fuq punti oħra. B’hekk żamm persuna li għandu esperjenza f’dan il-qasam tat-tmexxija tal-Parlament.
