Isqof barrani jappella lin-nies biex ma jivvutawx għall-politiċi li ma kienux ħallsu taxxa

L-isqof Raul Dael tad-Djoċesi ta’ Tandag fil-Filippini qal fl-omelija biex il-Kattoliċi ma jivvutawx lil dawk il-politiċi li nqabdu ma jħallsux taxxa. Huwa qal li jekk l-onesta’ hija tradotta f’voti, l-Insara ma għandhomx jivvutaw għal dawk il-kandidati li ma jħallsux it-taxxi tagħhom.

Xi ħadd għamel post minn dan il-messaġġ li ġa ġie xxerjat fuq Facebook aktar minn tliet mitt darba.

Ma nistax ma nikkummentax fuq dan il-messaġġ ta’ dan l-isqof li hu differenti minn dak ta’ pajjiżna meta tqis li media partikolari tat u għada tagħti support biex in-nies jivvutaw lill-politiku li nqabad ma jħallasx taxxa u mar jiġri iħallas meta nduna li kellu ċans jsir kap ta’ partit u jidħol fil-parlament u llum wara dawn id-disfatti kollha jrid jibqa’ fil-pożizzjoni li għandu.

One thought on “Isqof barrani jappella lin-nies biex ma jivvutawx għall-politiċi li ma kienux ħallsu taxxa

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading