Illum żammejt mat-tradizzjoni u għamilt il-qassatat tal-ispinaċi u l-inċova u qaqoċċ mimli bl-aringi
Waħda mit-tradizzjonijiet fil-familja hija dik li nagħmlu l-qassatat tal-inċova u l-ispinaċi. Din hija tradizzjoni li għaddiet in-nanna paterna tiegħi u kienet għallmet lill-ommi kif tagħmilhom. Missier n-nanna, jiġifieri l-buż-nannu tiegħi kien furnar u kien bena forn f’Raħal Ġdid fl-aħħar tas-seklu dsatax.

B’hekk baqgħu għaddejjin tradizzjonijiet fil-famija fosthom dik tal-qassat u oħrajn fost dawk tal-qaqocċ mimli, bit-tursin, aringi, frak tal-ħobż u tewm.

