George Tabone jgħid li Robert Abela ser ikun wieħed mill-aqwa prim ministri li qatt ser tara Malta: int taqbel miegħu?
George Tabone, li hu eks-attivist Nazzjonalista u llum huwa militanti fil-Partit Laburista għadu kif tella’ post fejn akkuża lill-PN li għadu mwaħħal mat-tmenijiet. Min-naħa tiegħu, Tabone ammetta li Robert Abela daħal f’żarbun li kellu fih xi żrara jew tnejn, b’referenza ċara għall-iskandli li seħħew matul il-gvern ta’ Joseph Muscat. Imma Tabone xorta jemmen li dan iż-żarbun hu kbir u Robert Abela ser jkun wieħed mill-aqwa prim ministri li qatt ser tara Malta. Fil-post Tabone kiteb hekk:
“Il-PN qiegħed fejn qiegħed, għaliex għadu mwaħħal fit-tmeninijiet, filwaqt li l-Partit Laburista evolva, l-ewwel b’Joseph Muscat imbagħad b’Robert Abela, wieħed ma jridx jinsa li [Abela] daħal f’żarbun ta’ wieħed mill-aqwa politiċi li qatt rajt f’Malta, minbarra li kien żarbun kbir u kellu xi zrara jew tnejn fih biex ngħidu kollox.
Jien ukoll nemmen li Robert għad ikun wieħed mill-aqwa Prim Ministri li qatt rat Malta“.