Proset lill-President tal-MUT Marco Bonnici: ħareġ jiddefendi lit-tfal żvantaġġjati
Ngħid proset lil Marco Bonnici, president tal-Union tal-Għalliema (MUT). Hu ma qabilx mal-Gvern li jitneħħa l-homework mill-iskejjel. Kif għidt f’artiklu ieħor, din hija proposta li ser tolqot lit-tfal u ma hemmx dubju li ser tolqot b’mod partikolari lill-iskejjel tal-Gvern. Ma naħsibx li l-Gvern jista’ jimponi deċiżjoni bħal din fuq l-iskejjel privati u tal-knisja.
Waqt li homework qatt ma għamel ħsara lill-ħadd, deċiżjoni bħal din tolqot l-aktar lil dawk it-tfal li ġejjin minn background żvantaġġjat għaliex dawk t-tfal li għandhom ġenituri jew nanniet li jistgħu joqgħodu mat-tfal u jafu jgħallmuhom, deċiżjoni bħal din mhux ser ikollha effett fuqhom. Imma dawk il-familji li ma għandhomx il-kapaċita’ jew ma jistgħux joqgħodu mat-tfal tagħhom meta jiġu lura d-dar, deċiżjoni bħal din ser tkompli tniżżilhom l-isfel speċjalment jekk dawn ikun tajbin f’oqsma akkademiċi.
Dak li jrid jagħmel il-gvern huwa li jieħu bis-serjeta’ dawk li jixtiequ jeħdu suġġetti vokazzjonali li normalment jittieħdu minn dawkli ma jibbrillawx f’oqsma affademiċi u għalhekk ikunu kontra l-homework. Anki jekk iddaħħal il-programm ta’ suġġetti vokazzjonali msejjaħ My Journey, dawn is-suġġetti mhux qed jaħdmu fl-iskejjel pubbliċi tagħna. Dawn is-suġġetti vokazzjonali fihom wisq kitba u mhux biżżejjed prattika, daqs kemm jaħsbu l-istudenti.
Fuq kollox diġa’ hawn il-homework policy (National Homework policy) li ħarġet f’Marzu 2018 fejn imkien ma hemm miktub li għandu jitneħħa l-homework. Min jixtieq jara din il-homework policy, qed nagħti l-link tagħha:
https://education.gov.mt/Documents/Homework%20Policy.pdf
