Mark Camilleri iħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw PN: jispiċċa jagħmel l-istess argumenti ta’ Adrian Delia

Blog post minn osservatur politiku

Mark Camilleri, Laburist ddikjarat u eks-delegat tal-istess Partit ma qagħadx jomgħod kliemu u ddikjara hekk f’blog tiegħu:

If you think we live in a normal country, you are wrong. I am a Labour Party member and previous delegate and I urge everyone to get the Nationalist Party in government unless we want to see our country going to the pits. Before we discuss mainstream politics and political ideologies, we need a normal country where the mafia has no support or backing at all from the official government.”

Issa għandna konferma li anke Mark Camilleri qed jirrepeti dak li kien jgħid Dr. Adrian Delia li aħna l-Maltin u l-Għawdxin ma aħniex ngħixu f’pajjiż normali. Anke nies ta’ twemmin Laburist ferventi qed jaqblu ma dak li kien jgħid l-eks-kap tal-Partit Nazzjonalista, allavolja Dr Adrian Delia kien jiġi kkritikat bl-aħrax min-niesu stess. Iżda Mark Camilleri mar oltre minn hekk. Waqt li kif diġa’ semmejt Camilleri ddiskriva lilu nnifsu bħala Laburist, hu għandu il-gutż jagħmel dak li ta’ Republika qatt ma kellhom ir-rieda jagħmlu.

Bla tlaqlieq ta’ xejn u mingħajr tidwir mal-lewża, Camilleri qed jgħid li biex jitneħħa dan il-Gvern korrott, bil-fors irid jieħu l-Gvern il-Partit Nazzjonalista. Dan qed jgħidu biex forsi fil-pajjiż jerġa’ jkollna pajjiż normali. Jekk taqbilx ma dak li jgħid Mark Camilleri jew le hija xi ħaġa għal kull qarrej li jaħseb jew jiddeċiedi, imma bil-fors ikollok tammirah fuq dan il-punt. Huwa jiddikjara kliemu b’mod ċar u jmur kontra l-partit tiegħu stess għax verament jemmen hekk.

Camilleri kompla jgħid li bi Gvern immexxi minn Partit Nazzjonalista, dan il-pajjiż jista’ jkun li ma jibqax sejjer il-baħar. Huwa widdeb li qabel nibqgħu niddiskutu l-politika fl-idejoloġiji tagħha, il-pajjiż għandu bżonn li jirritorna bħala pajjiż normali fejn il-mafia ma ssib ebda sostenn jew appoġġ mill-gvern offiċjali tal-ġurnata. Dan huwa kliem iebes minn Mark Camilleri li jekk xejn jaf kif jaħdem il-Partit Laburista għax minn dejjem iddikjara li kien bniedem qrib ħafna tal-Partit Laburista.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading