Where your opinion counts

Nisfida lil Mark Camilleri jgħid liema artiklu tal-liġi kriminali ksirt meta ktibt li hu qiegħed Spanja?

Il-Lovin Malta segwiet l-istorja li ġiet żviluppata fuq dan is-sit fejn jien tkellimt dwar il-fatt li Mark Camilleri qiegħed Spanja. Camilleri kiteb lura u qalli li mhux qiegħed fi Spanja u talab lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestigani talli ktibt fejn presumibilment qed jgħix. Qiegħed anki jżomm lill-Universita’ risponsabbli talli jien ktibt fejn jgħix. F’daqqa waħda, Mark Camilleri sar baqra sagra!

Dak li hu interessanti f’dan il-każ huwa li dan hu bniedem jiftaħar li hu favur il-liberta’ tal-espressjoni. Biss bħal ċertu Marxisti li saru liberali, huwa favur il-liberta’ tal-espressjoni fejn jaqbel lilu.

Infakkar lil Mark Camilleri li jien ma ksirt l-ebda ligi. B’hekk nisfidah jgħid liema artiklu tal-liġi kriminali ksirt għaliex tkellimt fejn qed joqgħod bħalissa wara li hu stess tella’ ritratt tiegħu stess fil-post fejn qed jgħix. Infakkru li fejn qiegħed joqgħod huwa hu ta’ interess pubbliku peress li hu jrid iwieġeb fil-qorti għall-akkuża ta’ malafama fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Infakkru li l-qorti ppruvat tinnotifikah fuq din il-kawża imma ma sabitux.

Infakkru wkoll li Rosianne Cutajar għamlet rapport lill-pulizija kontra tiegħu għaliex ħassitha mhedda minn kitbiet li l-istess Camilleri għamel dwarha fuq Facebook. Allura hu ta’ interess pubbliku li wieħed ikun jaf fejn qed jgħix bħalissa Camilleri. Hu aktar ta’ interess pubbliku li wieħed ikun jaf x’għamlet jew qed tagħmel il-pulizija dwar dan ir-rapport magħmlul minn deputata tal-Parlament Malti. Il-pulizija għandha tinforma lill-pubbliku x’passi ħadet jew x’passi ħa tieħu fil-konfront ta’ Camilleri dwar dan ir-rapport li sar lill-pulizija fil-konfront tiegħu.

https://lovinmalta.com/news/mark-camilleri-reports-lecturer-simon-mercieca-to-police-for-claiming-he-moved-to-spain/

2 thoughts on “Nisfida lil Mark Camilleri jgħid liema artiklu tal-liġi kriminali ksirt meta ktibt li hu qiegħed Spanja?

  1. Din tajba wkoll. Jheddek li qed tikxiflu l-whereabouts tieghu u hu stess jammetti li mhux veru li qieghed hemm. Tisma’ kull wahda isbah minn ohra.

  2. min mghandux faham miblul mghandux jiehu ghal xi hadd li jghajd fejn kien dejjem skond l’informazzjoni bhalma forsi kellu Dr Simon Mercieca la darba tfittex bil-qorti u ma dehex quddiema ghax ma dehrex il Qorti meta gie imsejjah.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *