Where your opinion counts

Adrian Delia sar relevanti aktar minn qatt qabel

Minn qarrej ta’ dan is-sit

Il-bieraħ, il-Ħadd, 28 ta’ Novembru, Jacob Borg kiteb artiklu f’The Sunday Times fejn fih, mingħajr ma ried, wera kemm għadu relevanti Adrian Delia. Anżi nżid ngħid li sar aktar relevanti minn qatt qabel. U din l-istorja minn Jacob Borg dwar Steward Healthcare ma ġietx b’kumbinazzjoni. Din l-istorja ħarġet f’inqas minn ġimgħa minn meta l-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela tkellem fuq l-istess ton. Issa għandna lill-Ministru tal-Finanzi li qiegħed jitkellem fuq l-istess nota tal-Prim Ministru. X’ifisser dan kollu? Dan kollu jfisser li kemm il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi ndunaw li Dr. Adrian Delia ser jirbaħ il-kawża kontra Steward Healthcare. B’hekk qed jaħdmu biex il-gvern ma jidhirx li ħareġ tellief. U allura sabu lill-ġurnalista ta’ The Sunday Times, Jacob Borg, biex jagħtihom ftit tal-għajnuna.

Naqta’ rasi li ‘on the 11th hour’ iħassru il-kuntratt, eżatt qabel ma tinqata’ il-kawża, biex il-Gvern ma joħroġx ta’ tellief u Jacob Borg jikteb xi artiklu biex jipprova jiġġustifika lil dan il-gvern basta ma jurix li Dr. Adrian Delia kellu raġun fuq din l-istorja mill-bidu sa’ l-aħħar.

Sliem.

One thought on “Adrian Delia sar relevanti aktar minn qatt qabel

Leave a Reply to qurdina Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *