Manuel Delia jgħidha ċara: jekk ikollu l-poter ikeċċi dawk il-gwardjani li huma mitqiesha ta’ Alex Dalli

Jidher ċar li jekk il-Partit Nazzjonalista jitla’ fil-gvern, ser isiru ħafna vendikazzjonijiet fuq il-ħaddiema. L-ewwel ħaddiema li hemm fil-mira ta’ Manuel Delia u sħabu huma l-gwardjani tal-ħabs. Bla mezzi termini, Delia qal ċar li hemm ħaddiema fil-ħabs li qed jibżgħu li jitilfu xogħolhom. Skont hu, jekk ikun hemm tranżizzjoni kif għandha tkun, ħafna gwardjani ser jitilfu x-xogħol. Dejjem skont Delia, fil-ħabs hemm gwardjani li kienu u jieħdu pjaċir jittorturaw lill-priġunieri.

Dejjem skont Delia, dawn il-gwardjani jridu lil Alex Dalli lura. Mela, l-ewwel Delia jikkrea narrazzjoni li hemm gwardjani li qed jittorturaw lill-priġunieri bla ma jġib prova waħda jew isemmi isem wieħed. Imbagħad jgħid li dawn għandhom jitkeċċew. Il-komunisti ta’ Stalin kienu jużaw dawn it-tattiċi ta’ Manuel Delia. X’ifisser dan kollu?

Ifisser li jekk Bernard Grech imur fil-gvern, u kulħadd jaf li Grech hu kkontrollat minn Manuel Delia, ser issir “purge” jew tkeċċija ta’ ħafna ħaddiema mill-ħabs ta’ Kordin fuq l-akkuża li huma sadisti u jħobbu jitterroriżżaw lill-ħabsin.


Leave a Reply