Where your opinion counts

Qabel ma Alex Dalli sar direttur tal-ħabs, il-pulizija kienet tmur erba’ darbiet kuljum il-ħabs minħabba d-droga

Is-Sibt, iltqajt ma’ pulizija li waqaf biex ikellimni. Qalli jien pulizija. Kompla jgħidli li hu kien stazzjonat fl-għassa ta’ Raħal Ġdid. Bħal ma wieħed jaf, l-għassa ta’ Raħal Ġdid tinsab bieb ma’ bieb mal-ħabs.

Dan il-pulizija kompla jgħidli li qabel ma Alex Dalli ħa f’idejh it-tmexxija tal-ħabs, il-pulizija tal-għassa ta’ Raħal Ġdid kienu jkunu mgħajta fil-ħabs, xi drabi saħansitra erba’ darbiet kuljum minħabba abbużi fuq sustanza tad-droga fost il-priġunieri. Illum dan kollu inqata’. Il-pulizija jiġu mgħajta biss meta tinqala’ xi kultant tinqala’ xi ġlieda. Ikun min ikun direttur, xi ġlieda bejn il-ħabsin, żgur li qatt ma tista tkun evitata.

One thought on “Qabel ma Alex Dalli sar direttur tal-ħabs, il-pulizija kienet tmur erba’ darbiet kuljum il-ħabs minħabba d-droga

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *