Where your opinion counts

Jinstab materjal relatat mal-pedofelija fil-ħabs

Dan is-sit jista’ jiżvela li nstab materjal li qed jitqies li hu marbut mal-pedofelija. Dan il-materjal instab fil-ħabs. Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit minn sorsi qrib il-pulizija, dan il-materjal instab għand il-pruġunier li tkellmu dwaru n-NET. Is-sit huwa infurmat li l-pulizija qed tinvestiga dan il-każ li hu wieħed serju ħafna.

Ftit tal-jiem ilu, in-NET TV ġabet storja ta’ missier li qed jallega li t-tifel tiegħu qed ikollu d-drittijiet tiegħu miksura ġewwa l-ħabs. Waqt li l-media tagħmel sew li titkellem jekk verament hemm l-abbużi, wieħed irid jinvestiga sew u jara jekk dawn l-istejjer humiex minnhom jew le.

In-NET qalu li ħadu din l-informazzjoni minn post li l-missier tella’ fuq Facebook. Din l-istorja ħarġet lejliet li dan it-tifel kellu jgħaddi minn proċeduri ta’ dixxiplina fil-ħabs. Din l-istorja ħarġet fuq in-NET fit-12 ta’ Ottubru 2021. L-għada, 13 ta’ Ottubru 2021, din il-persuna tressqet quddiem bord tad-dixxiplina u nstabet ħatja.

Sorsi qrib il-pulizija komplew qaluli li din il-persuna qed tkun anki investigata fuq każijiet serji relatati ma’ pedofelija. Il-pulizija qed tinvestiga kif dan il-priġunier kien juża t-television li kellu fil-ħabs biex jiġbor informazzjoni.

Dan hu dettall importanti għaliex kien allegat li dan il-priġunier tneħħielu t-television miċ-ċella tiegħu. Din l-istorja marbuta mal-pedofelija hija l-vera raġuni għala dan il-priġunier tteħidlu t-television miċ-ċella u mhux kif ġie allega għaliex id-direttur tal-ħabs, Alex Dalli, huwa xi tirann.

Wieħed irid jifhem li l-pedofelija taqa’ taħt waħda mill-kodiċijiet mhux miktuba fost il-priġunieri fil-ħabs. Hija miskerha mill-ħabsin. Persuni mitqiesa pedofeli jissuggraw li jagħqilu xebgħa kbira mingħand il-ħabsin sħabhom. Allura wieħed jistaqsi. Jekk din hix il-vera raġuni għal dan il-priġunier mhux qed jitħalla jmur knisja. Fi kliem ieħor mhux qed jittieħed il-quddies biex ikun evitat li jispiċċa jiġi msawwat mill-priġunieri l-oħra. 

Biss jekk verament dan il-priġunier kien qed juża t-television fiċ-ċella biex jibni materjal li jista’ jintuża għall-skopijiet ta’ pedofelija, allura, l-awtoritajiet tal-ħabs għamlu sew li ħadulu t-television miċ-ċella tiegħu.

Nispera li ma hemm xejn minn dan kollu. Biss jekk l-akkużi ta’ pedofelija fuq dan il-priġunier huma minnhom, ikompli jikkonferma kemm il-media trid toqgħod attenta kif tippubblika stejjer dwar il-ħabs għaliex ikun qed tista’ timmina d-dixxiplina fl-istess ħabs.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *