Where your opinion counts

Ursola von der Leyen u l-bejgħ tal-passaporti: fejn tinsab il-veru problema?

Il-President tal-Parlament Ewropew, Ursola von der Leyen, waqt li kienet qiegħda fuq vista Malta, għamlet diskors fejn fost affarijiet oħra qalet li Malta trid tieqaf tbigħ il-passaporti kemm jista’ jkun malajr. Biex inkun eżatt mal-kliem tagħha qed nikteb kelma b’kelma dak li qalet meta kienet qed tirrispondi domanda minn waħda mill-ġurnalisti.

Indeed there are topics that have to be addressed in Malta and as I mentioned the reform part in the recovery plan is exactly targeted towards these topics. In our bilateral we have been discussing the topic of the golden passport and that it is of utmost importance to stop that procedure because we should not forget that the golden passport enable potentially, the person to have access to 27 member states in the European Union.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tella’ post fuq Facebook bħala reazzjon għal dan id-diskors. Hu sejjaħ il-bejgħ tal-passaporti bħala l-uniku industrija ġdida li l-Partit Laburista ħoloq għal Malta. Jista’ jkun li anke dikjarazzjoni bħal din hija vera, imma ma tistax tinsa l-investimenti kollha li resqu lejn pajjiżna minħabba dan il-bejgħ. Ma tkunx qed tirraġuna tajjeb meta tagħmel dikjarazzjoni bħal din, għaliex dik is-sentenza waħedha tkun qed tfisser li l-partit fil-gvern ma jkun għamel xejn matul is-snin, ħlief biegħ il-passaporti. Dan mhux minnu.

Huwa wkoll il-bogħod mill-verita’ meta jintqal li l-bejgħ tal-passaporti wassal biex il-pajjiż jispiċċa fuq il-lista l-griża. Li dgħajfet iċ-ċittadinanza tal-Maltin u l-Għawdxin hija veru imma mhux l-uniku raġuni li minħabba fiha spiċċajna weħilna mill-eżami tal-FATF. Infakkar li hemm numru ta’ pajjiżi oħra li qed ibiegħu l-passporti u dawn mhux qegħdin fil-lista l-griża. Mela l-bejgħ tal-passaporti fih innifsu mhux il-vera kawża ta’ dan kollu.

Forsi dak li l-aktar li nkwieta lil Ursola von der Leyen huwa l-fatt li s-sistema tagħna hija l-aktar waħda aggressiva u naħseb ukoll, u din ftit qed jingħad, inkluż mill-partit fl-opożizzjoni, li l-Ewropa mhux qed tieħu pjaċir bil-mod ta’ kif Henley and Partners qed ibiegħu dawn il-passaporti.

Waqt li jiena, per prinċipju, ma naqbilx ma dan il-bejgħ, naħseb li dawn huma l-punti li l-oppożizzjoni trid tindirizza. Nifhem li von der Leyen ma tistax tkun diretta, imma l-kliem li wżat juri li wara dan il-bejgħ hemm raġunijiet oħra għala hija kontra li Malta tbiegħ il-passaporti u dawn mhux marbuta mal-bejgħ fih innifsu għax kieku kienet tattakka kull bejgħ tal-passaporti li qed isir f’pajjiżi oħra tal-Ewropa. Jidher ċar li hija s-sistema kif imħaddma li qed tinkwieta lill-Ewropa. U għalhekk li l-għażla tal-agenti tista’ tkun raġuni għala von der Leyen tkellmet kif tkellmet.

B’hekk aktar milli l-oppożizzjoni għandha titkellem kontra dan il-biegħ tal-passaporti – li finalment hemm Nazzjonalisti kbar li qed igawdu minnu – għadha tikkritika s-sistema u x’hemm ħażin fiha. Jekk Henley and Partners huma parti mill-problema, meta għandha tkun diretta u titkellem dwar dan il-fatt, bħal ma kien jitkellem il-Lejber b’mod dirett fil-każ tal-Arriva.

Huwa inutli taqra dak li kiteb Dr Bernard Grech meta qal “Ma nistgħux nistennew ħames snin oħra biex nerġgħu nibdew nibnu setturi ekonomiċi ġodda u sostenibbli”, meta l-problemi jidhru li qegħdin x’imkien ieħor. Il-mexxej Nazzjonalista jrid jitgħallem ikun dirett, isammar il-musmar fuq rasu u b’hekk jibda’ jitwemmen mal-elettorat Malti.

3 thoughts on “Ursola von der Leyen u l-bejgħ tal-passaporti: fejn tinsab il-veru problema?

  1. Ghalxejn ic cipitodu Bernard Grech jinbah u irrid ikisser l-investiment ghax il Passaporti hemm se jibqu issa inehihom hu meta xi darba jitla it tarag..

  2. Dr .Mercieca.Jken ma naqbel xejn mal bejgħ Tal passaporti IMMA jekk hemm pajjizi ohra li jaghmlu hekk ghaliex Malta biss qedgha tigi sfurzata biex twaqqaf li skema? Xi haha hemm.
    Grazzi

  3. Imma x’inhu ezatt il policy tal PN regward il passaporti? sejjer iwaqqafa jekk jitla fil gvern? jista jkun car pls?

Leave a Reply to qurdina Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *