Jaqaw fil-mobile ta’ Keith Schembri hemm kommunikazzjoni ma’ Jason Azzopardi?

Dak li għamel il-Kummissarju tal-Pulizija, meta qal li d-data tal-mobile ta’ Keith Schembri ma għandhiex tkun esebita għaliex ma fihiex informazzjoni relatata mal-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia juri kemm hawn min għandu interess li jostor il-verita’.

Hija xi ħaġa tal-iskantament kif Jason azzopardi u l-familja Caruana Galizia ma qalu xejn dwar dan. Kif Matthew Caruana Galizia ma tellgħax tweet biex jipprotesta f’isem l-onesta u l-ġustizzja? Dwar dan kiteb post tajjeb ħafna Christian Grima li qed nipproduċih hawn isfel.

L-anqas Repubblika u sħabhom, li għal kull ħaġa ta’ xejn joħorġu stqarrija ma qalu xejn. Normalment dawn ikunu minn tal-ewwel li jiftħu ħalqhom.

Jien mhux qed nikteb fi spirtu partiġġjan. Biss irrid ngħid, li d-Deputat Avukat Ġenerali tar-Repubblika, Philip Galea Farrugia ma kellux problemi li jġib il-mobile u d-data ta’ Yorgen Fenech il-qorti. Fiha hemm ħafna data li ma hix marbuta mal-każ biss xorta ġiet ppreżentata. U sew għamel. Kien hemm data li tikkonċerna lill-istess ministru tiegħu, Edward Zammit Lewis. Din ġie ippreżentata. Kien hemm data, li turi messaġġi – veri jew mhux – ma jinteressanix – bejn Yorgen Fenech u Adrian Delia. Infakkar li din tal-aħħar intużat biex Adrian Delia jitlef postu bħala kap tal-oppożizzjoni. L-oħra qed tintuża biex jitwaqqa’ ministru tal-ġustizzja.

Għala mela d-data li hemm f’dan il-mobile l-avukat tal-istat jew il-kummissarju ma jridux tkun ippreżentat fil-qorti? Ma nagħmlux mod li fiha hemm kommunikazzjoni bejn Keith Schembri u Jason Azzopardi? Għax jekk dan hu hekk, din tkun konferma dwar dak li ili nistaqsi f’dawn il-blogs dwar Jason Azzopardi u għala mhux qed iross fuq Keith Schembri.

Wasal iż-żmien li l-Ministru tal-Ġustizzja jieħu pożizzjoni bħala ministru biex iġib l-ordni f’dan it-taħwid kollu. Dan jikkonferma li hemm xi ħadd li jaqbillu li jaħbi l-verita’ u jiddispjaċini ngħid li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-korp tiegħu hux qed joħorġu xejn sabiħ f’dan il-każ.

One thought on “Jaqaw fil-mobile ta’ Keith Schembri hemm kommunikazzjoni ma’ Jason Azzopardi?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *