Video ta’ Jason Azzopardi fil-ground, ma’ nies jitkellmu baxx kontra r-referee u linesman, u ma jiddejjaqx iżeffen lil Yorgen Fenech.

Qed inġib video li ttieħed waqt logħba tal-Hibs. Kliem ħażin kontra r-referee u l-linesman. Fost dan il-kliem ħażin jistema d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Ma ddejjaqx Jason Azzopardi f’din il-logħba jdaħħal l-isem ta’ Yorgen Fenech għal xejn b’xejn. U jinstema jgħid “q’alla Yorgen Fenech ġej jisfida għal ġlied” u kien ser ilissen xi ħaġa oħra u waqaf. Ma nafx meta Yorgen Fenech mar jisfida lil xi ħadd għall-ġlied. Verament, il-qlajjiet li qed jaqla’ fuq dan ir-raġel huma bla limitu. Jekk kien hemm persuna li fl-imgħoddi sfida n-nies għall-ġlied kien Jason Azzopardi!

Nispera li issa l-istazzjon tal-Knisja ġġib din l-istorja bl-istess importanza li kienet tat lill-istorja ta’ Ian Borg!

Fuq kollox, għalfejn daħħal l-isem ta’ Yorgen Fenech waqt din il-logħba tal-Hibs? Ma jafx Jason Azzopardi li omm Yorgen Fenech minn Raħal Ġdid? Ma jafx Jason Azzopardi li tat-Tumas Group huma fil-business bħall-familja Bezzina? Dan kollu diskors żejjed li qed jagħmel!

Vera tal-mistħija li kull fejn jidħol Jason Azzopardi ħlief ġlied u firda ma jġibx.

3 thoughts on “Video ta’ Jason Azzopardi fil-ground, ma’ nies jitkellmu baxx kontra r-referee u linesman, u ma jiddejjaqx iżeffen lil Yorgen Fenech.

  1. Bniedem kiesah u arroganti. Yorgen Fenech f`hiex jidhol! Kliem li tisimghu biss minn bniedem irrisponsabli u unprofessional.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading