Where your opinion counts

Il-Partit Nazzjonalista qed iżomm id-distanza minn Simon Busuttil?

Blog post minn osservatur politiku

Il-bieraħ Dr. Simon Mercieca, inti tellgħajt artiklu taħt it-titlu ta’ ‘Simon Busuttil jitlob għar-reżenja tal-president. Tal-blieh’. Għaddew iżjed minn 24 siegħa meta Simon Busuttil tella’ fuq facebook li hu jaqbel ma Kevin Cassar li l-President ta’ Malta, George Vella għandu jirriżenja. Għalkemm għaddej dawn in-numri ta’ siegħat ħadd mill-Partit Nazzjonalista għadu ma rrimarka xejn jew postja xi ħaġa. Hawn qed nirreferi għall-esponenti tal-Partit Nazzjonalista, mill-Kap Dr Grech l-isfel. Ħadd ma lissen kelma biex isostni dak li qal l-ex-Kap tal-Partit, Simon Busuttil.

Mela nistgħu ngħidu li ħadd ma ta widen jew offra xi kwalita ta’ appoġġ lil Simon Busuttil wara li talab ir-riżenja tal-President ta’ Malta, George Vella. Dan huwa żvilupp interessanti ħafna. F’temp ta’ ġimgħa il-Partit Nazzjonalista ddistanzja ruħu minn Manuel Delia u issa ddistanzja ruħu minn Simon Busuttil. Ta’ min jinnota li dan huwa t-tieni sinjal pożittiv li ħareġ mill-Partit Nazzjonalista. Forsi wieħed jibda jaħseb li l-Partit fetaħ għajnejh u qed jitbiegħed minn nies li għamlulu wisq ħsara fl-aħħar snin. Il-ħsara saret meta l-Partit Nazzjonalista assoċja ruħu ma dawn in-nies u għaqdiet. Kien żball kbir ta’ Simon Busuttil li ħalla lilu nnifsu jitmexxa minn dawn in-nies li kisrulu l-karrira politika tiegħu.

Fiċ-ċirkostanzi nħeġġeġ Nazzjonalisti bħali biex jerġgħu jaħsbuha qabel jaħilfu li mhux se jivvutaw jew se jivvutaw mod ieħor.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *