Where your opinion counts

Jirreżenja Zammit Dimech: tibda t-triq biex Piccinino jsir segretarju ġenerali

Il-gazzetta llum ġabet l-aħbar li Francis Zammit Dimech irreżenja minn segretarju ġenerali. Infakkar li Francis Zammit Dimech ħadem ħafna kontra Adrian Delia meta kien segretarju ġenerali biex minfloku jilħaq Bernard Grech.

Din ir-reżenja qed tinqara bħala stallet li Bernard Grech daħħal f’dahar Zammit Dimech. Infatti f’dawn l-aħħar xhur, Zammit Dimech twarrab għal kollox min-nies ta’ Bernard Grech. Ħafna qed jgħidulu li “what goes round comes round”.

Zammit Dimech issa qed jammetti li l-Partit Nazzjonalista kien ħafna aħjar taħt Adrian Delia milli qiegħed illum. Zammit Dimech stess qed jgħid li wieħed seta’ ma jaqbilx ma’ Adrian Delia, imma seta’ jiddibatti u qatt ma twarrab. Zammit Dimech illum jammetti li kien hemm ħafna episodji fejn hu ma qabilx ma’ Adrian Delia imma qatt ma ngħata l-ġenb jew ingħata x’jifhem li hu ma kienx welcome. Issa l-persuna li hu ħadem biex jagħmlu kap warrbu. Ma kienu jinvolvuh f’xejn u għamluhilu ċara li ma jriduhx.

Dan is-sit jista’ jikkonferma li Michael Piccinino ser ikun is-segretarju ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Infatti Piccinino llum ġa ġie mistieden biex jitkellem f’Għawdex.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *