Il-Konferenza Stampa tal-lejla ta’ Repubblika għandha x’taqsam ma’ laqgħa li saret xi xahar ilu fid-Dar Ċentrali tal-PN?

Mela l-bieraħ, il-President tal-Moviment Repubblika, Robert Aquilina, tella’ dan il-messaġġ dwar konferenza jew protesta li ser jagħmel il-lejla quddiem il-parlament.

Biss dak li nixtieq nistaqsi lil Robert Aquilina huwa dan. Kemm verament din il-protesta tal-lejla hija spontanja kif qal hu u kemm verament qed issir għaliex wasal iż-żmien li jittieħdu azzjoni kontra politiċi mitqiesha untouchables?

Nixtieq nistaqsi jekk hux veru li madwar xi xahar ilu saret laqgħa fid-dar Ċentrali marbuta ma din il-protesta li ser issir illum? Jekk hux veru li f’din il-laqgħa, li saret mal-kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, kien hemm ukoll preżenti Manuel Delia u anki Michael Fenech Adami, ħu Beppe Fenech Adami? Hu fuq kollox, jekk hux veru li għal din il-laqgħa attenda wkoll Ray Bezzina?

Naħseb it-tweġiba ta’ dawn il-mistoqsijiet jispjegaw kemm verament illum, il-PN hu kkontrallat minn Repubblika u l-politiċi li huma ‘untouchables’ huma dawk marbuta ma’ dan il-moviment ta’ Repubblika.

One comment

Leave a Reply