Oħt Daphne Caruana Galizia tiftaħ il-kanuni tagħha kontra Mario de Marco

Mandy Mallia kitbet fuq Facebook u attakkat lil Mario de Marco minħabba li neputih, Gianluca Caruana Carrun qed jiddefendi lil Yorgen Fenech u omm Gian Luca, jiġifieri Giannella de Marco, hija l-avukat ta’ Paul Apap Bologna.

Infakkar li bħalissa għaddejja kampanja kontra Mario de Marco minn dawk li huma s-sostenituri ta’ Daphne fil-Partit Nazzjonalista.

Mandy Mallia ssemmi wkoll l-ftehim li sar mill-gvern mad-DB. Waqt li jien bħalha kontra s-SLAPP, nixtieq infakkar lil Mandy Mallia, li jekk fil-messaġġ tagħha kienet qed tirreferi għall-fatt li Mario de Marco hu l-avukat tad-DB, il-familja ta’ Daphne wasslet għall-ftehim barra l-qorti mad-DB u d-DB waqqa’ l-libelli kollha li fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia. Sal-lum għandu ma ġiex spjegat x’kien fih dan il-ftehim.

Mandy Mallia tgħid li Mario de Marco huwa barra minn loku (incongruous) f’din il-konferenza stampa, jitkellem dwar l-FATF, meta għandu dawk l-affarijiet kollha marbuta miegħu.

One thought on “Oħt Daphne Caruana Galizia tiftaħ il-kanuni tagħha kontra Mario de Marco

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *