Where your opinion counts

Hu Manuel Delia Misoġenu?

Is-Sur Manwel Delia kiteb artiklu qasir taħt it-titlu “#Dimplechin” fuq in-nisa fil-politika u fl-aħħar ta’ dan l-artiklu għamel referenza għall-instagram account ta’ Rosianne Cutajar. Huwa kiteb hekk:

“It’s tougher for women in politics. It’s a man’s world. Men persist in objectifying women. They judge them by appearance instead of the quality of their work. They speak about their looks, ranking them in ways that would relegate your average balding, pot-bellied hirsute oaf to oblivion. Women in politics have to push against the glass ceiling sat upon men in politics. And then there’s Rosianne Cutajar’s instagram account”. https://manueldelia.com/2021/03/dimplechin/

Is-Sur Manuel Delia sab min joġġezzjona għall-kitba tiegħu. Il-‘Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence’ saħansitra għajritu li hu eżempju ieħor ta’ miżoġenija, kelma meħuda mill-Ingliż ‘misogynist’. L-istess Kummissjoni qaltlu li Rosianne Cutajar jistħoqqilha apoloġija.

Hawn taħt turi dak li kitbet din il-Kummissjoni: “Sur #ManuelDelia, kulħadd għandu dritt itella li jrid onlajn, sakemm ma jagħmel ħsara lil ħadd u ma jikser ebda liġi. Li din għoġbok tiffoka fuqha, minn tant fenomeni li għandna madwarna, tgħid ħafna fuqek ukoll. Dan tiegħek huwa eżempju ieħor tal-miżoġenija li għandna ma’ saqajna, att malizzjuż li jistiga l-mibegħda, xi ħaġa li aħna l-Maltin irridu nitnaddfu minnha illum qabel għada. Mhux aċċettabbli!! Is-Sinjura #RosianneCutajar ħaqqha apoloġija”. #stopthehate #solidarjeta’

Biex kulħadd jifhem fuq x’hix qed nitkellmu hawnhekk, kull ma trid tagħmel huwa li tiggugilja l-kelma ‘misogynist’ u hemm issib it-tifsira ta’ din il-kelma, ‘dislike of, contempt for, or ingrained prejudice against women’.

Nistgħu nifhmuha bħala nsinwazzjoni fuq Manuel Delia. Għalija dawn il-pożizzjonijiet min-naħa tal-kummissjonijiet ma jagħmlux sens. Wieħed jikteb u mbagħad il-poplu jiġġudika. Għaliex il-kummissjoni kitbet kif kitbet ma jfissirx li uffiċjalment Manuel Delia hu miżoġonista! Nemmen li Delia mhux miżoġenista biss nemmen ukoll li għandu antipatija politika lejn Rosianne Cutajar u nemmen ukoll li għandu metrika differenti lejn il-politiċi għaliex jiddependi skont liema partit ikun.

Biss hemm aktar f’din l-istorja minn hekk. It-Times of Malta qaltilna li Manwel Delia ħa għalih, u mid-dehra ħa għalih bl-ikrah, għax mhux talli prova jirribatti dak li inkiteb fuqu imma talli staqsa lill-Kummissjoni biex tneħħi, tħassar jew tikkanċella l-post li tellgħet l-istess Kummissjoni, “He called on the Commission on Gender-Based Violence to remove its FB post”. Barra minn hekk għamel protest ġudizzjarju kontra l-istess Kummissjoni.

Dak li deher fit-Times of Malta qed jittella’ taħt dan l-istess artiklu. Meta taqra u tirrifletti fuq affarijiet bħal dawn jibdew jiġuk ċertu mistoqsijiet u tkun tixtieq tistaqsi lil dawk li kienu jkunu madwaru kif jirreaġixxu għal din l-istorja. Kemm infakkar fin-numri ta’ artikli li kiteb dwari li huma libellużi, biss jien mhux wieħed li nagħmel il-libelli u l-anqas li nitlob li jitneħħew. Dawn l-affarijiet inħallihom lil tar-rule of law! Biss ma nistax nifhem kif dawn tar-rule of law jippretendu li jkunu ‘l fuq mill-liġi. Dak li jinkwietak hawn huwa ‘the two way two measures’ li dawn in-nies jaddottaw. Ħalli huma jagħtu labels, biss joqomsu meta ħaddieħor jagħti labels lilhom.

https://timesofmalta.com/articles/view/manuel-delia-rebuts-misogynistic-accusation-over-rosianne-cutajar-blog.862701?fbclid=IwAR2TT7wBDHMVVPEGU15W-WvZ_uJCGVg1rHM6bXVn0sDMpGK0UJR2P2XvHzw#.YGtkECI-Ubh.messenger

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *