Where your opinion counts

Ħalliena Godfrey Grima: Malta tilfet pilastru fil-qasam ġurnalistiku

Ninsab maħsud bl-aħbar tal-mewt ta’ Godfrey Grima. Ma għandix kliem biex nesprimi ruħi. Għalija kien mentor biex nibda nikteb fil-qasam ġurnalistiku. Kien bniedem li kien jagħtini ħafna idejat u nkoroġġament fil-kitba tiegħi.

Kont niltaqa’ miegħu ta’ spiss fir-razzett ta’ Ħabel San Pawl. Dan l-aħħar, Godfrey Grima kien verament maħsud bil-mewt tal-ħabib kbir tiegħu Oliver Friggieri. Min qatt kellu kellu jgħidli li ftit xhur wara, Godfrey mar warajh.

Sakemm nerġgħu niltaqgħu nsellimlek ħabib kbir tal-qalb li ħlief ġid mingħandek ma rajtx!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *