Where your opinion counts

Tliet maħfriet possibli anki jekk assurdi

Jien wieħed minn dawk kontra l-maħfriet presidenzjali. Fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, dawn ingħataw għaliex il-pulizija ma għamiltx xogħolha sew. Kien hemm media kompromettenti li ppruvat twaħħal f’Yorgen Fenech biex tgħatti xtur il-veru mandanti.

Forsi wieħed jgħid li jekk Alfred u ħuh George Degiorgio jingħataw l-maħfra, l-uffiċċju tal-President ser inġibuh l-uffiċċju tal-maħfriet. Fil-verita’ hemm preċedent meta ngħataw tliet maħfriet. Jekk niftakar tajjeb dan kien kontra l-ex-kummissarju tal-pulizija. Din it-talba minn żewġ aħwa qed neħodha bħala talba waħda,

Biss jekk mhux ser noqgħodu attenti ser niġu f’sitwazzjoni li jekk ma aħniex ser nikkonsidraw sewwa, din tal-maħfriet ser tbikkina. Ma jistax ikun tisma’ lill-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellmu fuq il-maħfriet qisu din l-unika triq li fadlilhom l-awtoritajiet biex jaslu għall-verita’.

Dak li hu żgur li Yorgen Fenech qatt ma għandu jitlob maħfra għaliex hu mhux il-mastermind imma vittma ta’ orkestrazzjoni sħiħa. Din kienet falzita mmexxija mill-media.

Fuq kollox dak li qalu Alfred u George Degiorgio wera li hemm masterminds oħra. Semma’ ministru u ex-ministru li lest jitkellmu dwarhom. Fuq kollox, b’dak li qal Alfred Degiorgio, jitfa’ dawl xejn tajjeb fuq il-middleman, Melvin Theuma. Il-mistoqsija trid issir. Dan qed jgħid is-sewwa kollu?

Fuq dan il-punt ili nikteb dwaru f’dan il-blogg. Is-sewwa bdiet tingħad wara li Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, ingħata l-maħfra presidenzjali.

Biss nista’ nassigurakom li hemm aktar minn hekk. Dak li hu żgur li meta bdejt nitkellem fuq dawn l-affarijiet, ma kontx qed nagħmel conspiracy theories jew nikkrea xi Yorgen Fan Club. Kont u għandi qed infittex il-verita’.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *