Where your opinion counts

Manuel Delia għadu qatt ma kiteb fuq Adrian Hilman u relazzjoni tiegħu ma’ Keith Schembri u x’ġara ma’ The Times

Blogpost minn Osservatur Politiku

Mela Manuel Delia ħadha qatta bla ħabel kontra l-avukat Christian Grima għaliex dan qed jistaqsi ħafna mistoqsijiet lil Jason Azzopardi, inkluż għala Jason Azzopardi ma staqsa xejn dwar Keith Schembri fil-kontro-eżami li għamel ta’ Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu. Fuq kollox, Manuel Delia akkuża lil Christian Grima li qed jaqbeż għal Yorgen Fenech. Ġa qrajt fil-blog tiegħek, li Christian Grima ta’ ħasla kif tmiss il-papa lil Manuel Delia. Jien nixtieq inżid punt ieħor. L-istess Manuel Delia li jrid jiddetta x’jikteb ħaddieħor, għadu ma kiteb xejn dwar ir-relazzjoni li kien hemm bejn Keith Schembri, Adrian Hilman u it-Times.

Niftakru tajjeb, li bejn l-2008 u l-2013, Manuel Delia kien il-kap tas-segretarjat tal-Ministru Austin Gatt. Dak in-nhar dan Manuel Delia ma tantx kien juża l-pinna tiegħu biex jattakka lil dak u lil ieħor. Forsi kien iktar ħsiebu biex jiddefendi ruħu mill-attakki kontinwi kontrih minħabba t-taħwida enormi li ħawwad fuq l-Arriva, l-uniku proġett li fdalu f’idejh Dr Austin Gatt. Niftakru wkoll li dak iż-żmien il-gazzetta Times of Malta kienet ta’ sikwiet tattakka l-gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi.

Jien naħseb li kien hemm uħud jiġbdu xi spaga jew tnejn biex isiru dawn l-attakki. Niftakru wkoll li dak iż-żmien kien hemm Adrian Hilman, managing director tat-Times of Malta u issa sirna nafu wkoll li dan Hilman kien qiegħed fis-sodda ma’ Keith Schembri u kienu jħawdu bejniethom mid-dehra mhux ħażin. Imma possibbli li dan Manuel Delia ma jgħaddilux minn ebda ħsieb mill-kurutur ta’ moħħu li l-attakki li kienu qed isiru fuq il-gvern ta’ Gonzi, kienu qed isiru mill-istess nies li llum ma qed jgħid xejn fuqhom?

Possibbli Sur Delia li ma tiftakarhomx dawk iż-żminijet meta int kont fis-segretarjat ta’ wieħed mill-Ministri fil-gvern ta’ Gonzi? Qed iddaħħalna f’era interessanti Sur Delia għax qatt ma tikteb jew tażżarda tattakka lit-Times of Malta. Qed ninnota ukoll li, ebda kelma aħseb u ara artiklu, fuq is-Sur Adrian Hilman. Imma kif Sur Delia, li tridha ta’ xi paladin u oratur tad-demokrażija, il-ħmieġ ta’ The Times ma ssemmih qatt? Imma kif sieħbi Leli, Adrian Hilman sparixxa minn fuq ir-radar tiegħek?

Normalment min jikteb l-artikli fis-Sunday Times jitħallas. Ma hemm xejn ħażin dwar dan. Biss ma naħsibx li jekk inti qed tieħu xi ħlas, din hija r-raġuni li qed iżommok lura milli tikteb fuq dan is-suġġett. Ma nistenniex li tikteb fis-Sunday Times kontra Hilman, biss inti għandek postijiet oħra fejn tista’ tikteb jew titkellem. Għala qatt ma ktibt fuq dan is-suġġett jekk inti verament kontra l-korruzzjoni?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *