Where your opinion counts

L-avukati tal-familja Caruana Galizia jitolbu biex juru l-Whatsapp messages ta’ Yorgen Fenech lill-imħallfin tal-inkjesta

Jien ġejt akkużat mill-familja Caruana Galizia li qiegħed possibilment ma’ għaqda kriminali għaliex skont huma tellajt recordings li hemm projbizzjoni fuqhom mill-Maġistrata Rachel Montebello. B’hekk, fuq talba tal-familja Caruana Galizia, Rachel Montebello tefgħatni taħt disprezz tal-qorti, anki jekk mhux vera li jien qatt ħriġt recordings li kienu pprojbiti.

Mela skont dak li kitbu l-familja Caruana Galizia, min joħroġ informazzjoni li l-Maġistrata Montebello tat ordni biex ma ssirx pubblika, aktar iwa milli le, jkun qed jagħmel hekk għaliex qiegħed f’assoċjazzjoni kriminali.

Il-bieraħ kompliet l-inkjesta pubblika mit-tliet imħallfin. Waqt is-smigħ, l-avukata Therese Comodini Cachia ġiet rrappurtata li qalet li trid tesebixxi messaġġi mill-Whatsapp messages ta’ Yorgen Fenech. Dawn il-messaġġi ġejjin mill-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Infakkar li l-maġistrata Montebello għamlet divjit fuqhom li ma jistgħux jissemmgħu jew jinħarġu fil-pubbliku.

L-imħallfa Abigail Lofaro staqsiet espressament lil Therese Comodini Cachia jekk għandhiex permess biex tesebihom. Dan għamlitu għaliex taf b’dan id-divjit. Comodini Cachia tgħidilha biex l-affarijiet ikunu diskussi fil-magħluq. Mhux ovvja li l-familja Caruana Galizia ma għandhiex permess? Kieku għandha permess kienet titkellem dwarhom u tiddiskutihom fil-pubbliku. Għaliex iddiskutuhom fil-magħluq? Mela għandhom il-faħam miblul?

Issa l-qorti ser tinvestiga jekk dawn l-imħallfin rawx dawn iċ-chat messages li hemm divjit fuqhom li ma joħorġux fil-pubbliku? Infakkar li dawn iċ-chat messages huma parti mill-inkjesta marbuta ma’ Yorgen Fenech. Nistaqsi jekk il-familja Caruana Galizia għandhiex llum d-dritt divin li tiddeċiedi jekk chats li hemm divjit fuqhom tista’ tmur titkellem dwarhom u turihom lil terzi? U nistaqsi lil din il-familja jekk illum tħosshiex bħala parti minn xi assoċjazzjoni kriminali wara li l-avukata tagħha talbet f’isimhom biex tiddiskuti dawn iċ-chats mill-Whatsapp barra mill-awla tal-maġistrata Montebello?

Fuq kollox, hu sew li l-chats messages ta’ persuna jiġu diskussi minn terzi meta l-istess persuna li bagħtithom ma tkunx preżenti u l-anqas tkun intalab biex tidher quddiem l-imħallfin ħalli tiddefendi ruħha jew tinstema l-verżjoni tagħha?

Infakkar li min qed imexxi din l-inkjesta huma kollha mħallfin. Tnejn minnhom huma rtirati u l-oħra għadha sservi fl-awli tal-qrati tagħna. 

Imbagħad jekk tgħid li l-qrati tagħna huma favur il-familja Caruana Galizia tissogra li jttellgħuk il-qorti b’disprezz.

One thought on “L-avukati tal-familja Caruana Galizia jitolbu biex juru l-Whatsapp messages ta’ Yorgen Fenech lill-imħallfin tal-inkjesta

  1. Jitkellmu fuq ir rule of law qishom l-ghassiesa tas-sew, gust, korrett u ugwaljanza, u rrendew il-pajjiz ghas-servizz taghhom bi privileggi li hadd m’ghandu.

    Addio demoktazija. Kollox dettat minn ghandhom li m’huma eletti minn hadd.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *