Where your opinion counts

Bernard Grech u David Casa jieklu flimkien ġewwa San Guliano Restaurant

Ftit tal-jiem ilu tellajt l-aħbar li s-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech irid jitlaq minn Segretarju Ġenerali jew aħjar il-klikka ta’ Bernard Grech ma jriduhx u jridu jeħilsu minnu. Din hija kwistjoni interna fi ħdan il-partit Nazzjonalista. Ħafna fiċ-ċrieki interni jaraw lil Francis Zammit Dimech bħala persuna dgħajfa u li tmur ma kull riħ jiġifieri tmur ma’ dik il-fazzjoni li Zammit Dimech jaħseb li tkun ser tirbaħ.

Għidt ukoll li l-persuna li trid teħodlu postu hija David Casa. Wara li ħriġt din l-aħbar ma kien hemm l-ebda reazzjoni la minn Zammit Dimech u l-anqas minn David Casa. Skiet perfett.

Illum nista’ niżvela biċċa aħbar oħra. Il-bieraħ, is-Sibt, Bernard Grech kien ġewwa restaurant San Ġiljan jiekol ma’ David Casa. Ir-restaurant li marru jieklu l-ikla ta’ nofs in-nhar kien is-San Guliano Restaurant. Nista’ nżid ukoll li ħallas Casa għal dan il-lunch. Forsi wieħed jgħidli li qed nidħol f’ħajjet in-nies. Ma naħsibx. Infakkar li kemm ilu mexxej tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech ġieli tana informazzjoni dwar ikliet li jkollu mal-ħbieb tiegħu. Qed inġib din l-aħbar biex nuri li dak li jiena nikteb ikun minnu, jiġifieri li verament għaddejjin diskussjonijiet ma’ David Casa.

Nixtieq nistaqsi jekk is-suġġett ta’ din l-ikla kienux il-problemi politiċi li jistgħu jinħolqu jekk David Casa jirreżenja minn MEP? Jekk David Casa jitlaq minn MEP, tkun trid issir bye-election. Fi kliem ieħor, jekk David Casa jsir Segretarju tal-Partit Nazzjonalista jkun ifisser li huwa jitlef is-siġġu ta’ MEP. F’dan il-każ jikber iċ-ċans li min jitla’ fil-Parlament Ewropew ma jkunx miċ-ċirku ta’ Bernard Grech iżda minn dak ta’ Adrian Delia. Dan il-fatt qed jinkweta ħafna lil Bernard Grech.  

Bħal ma ħafna jafu fil-Partit Nazzjonalista kien hemm orkestrazzjoni sħiħa kontra dawk il-kandidati Nazzjonalisti tal-elezzjonijiet Ewropej li tqiesu ta’ Adrian Delia. B’mod partikolari, il-canvassers ta’ David Casa ħadmu qatiegħ kontra kandidati oħra sħabhom biex ma jingħatawx it-tieni jew it-tielet preferenza iżda jieqfu mal-isem ta’ David Casa. Għamlu forma ta’ blockvote.  

Mela għala, f’daqqa waħda, David Casa jrid isir Segretarju Ġenerali meta dan ikun ifisser li jrid jirreżenja minn MEP u b’hekk jagħti spazju lil xi ħadd li jqisu ta’ kontrihom milli jitla’?

F’daqqa waħda ġrat xi ħaġa li biddlet l-istrateġija kollha. Hemm xi storja li qed tinkwieta lil David Casa? Din l-istorja għandha x’taqsam mal-każ ta’ Daphne Caruana Galizia? Veru li hemm biża kbir li dawk id-deputati fil-Parlament Ewropew li taw widen għal dak kollu li  jgħidilhom David Casa fuq dan il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u ħadmu kontra Malta ser jispiċċaw biex jieħdu doċċa kiesħa ħafna? B’hekk hemm interess li David Casa ma jkunx preżenti fil-Parlament Ewropew meta ż-żejt jibda jitla’ f’wiċċ l-ilma? Dak li nista’ ngħid li l-kaldarun qiegħed ibaqbaq sewwa.

Kif stqarr l-istess Bernard Grech ma’ nies f’ċirklu ristrett: din l-istorja u l-attakki fuq Yorgen Fenech, huma finalment politika! Biss strateġija politika qatt ma għandha twassal biex persuna tinżamm xhur sħaħ il-ħabs għalxejn!  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *