Where your opinion counts

Aktar Taħwid Marbut mal-Estrazzjoni tad-Data ta’ Yorgen Fenech mill-Pulizija

Ftit tal-jiem ilu, jien irċevejt messaġġ mingħand persuna li taħdem fl-IT. Dan il-messaġġ irċevejtu fid-dawl ta’ dak li ktibt, jiġifieri li ftit tal-jiem ilu, qabel mal-esperti tal-Europol ippreżentaw l-estrazzjoni tad-data mill-hard disks u l-mobile ta’ Yorgen Fenech, il-mara tiegħu irċevit telefonata oħra mill-mobile ta’ żewġha. Dan il-mobile bis-SIM Card qiegħed bħal issa għand il-puliżija. F’dan il-messaġġ kien hemm miktub hekk:

Hello Simon I just ready you blog re a call from a sim card that should be at the police. I have 28 years of experience in technology and communications. I just would like to let you know, that it is super easy to call person A using the number of person B. Let me explain better. If I know your home phone number or your mobile number, I can call a relative of yours and they will see your number. I can even call you with your own number. The above can be done as a prank or it can be misused. I just want to let you know this “technical flaw”, without going into the case itself. Wish you good health”.

Dak li nista’ ngħid fiż-żgur li mill-evidenza li ħarġet mill-qorti f’dawn il-jiem hija li  s-SIM card ta’ Yorgen Fenech ġiet estratta meta dan il-mobile kien fil-pussess tal-pulizija Maltija. Dan għaliex, il-mobile nbagħat lill- Europol bis-SIM card maqlugħa minnu.

Fuq kollox u l-aktar xokkanti f’dan il-każ huwa l-fatt li dan il-mobile ta’ Yorgen Fenech ġie ppreżentat lill-esperti tal-Europol ġewwa borza (jew kif tissejjaħ l-evidence bag) li ma kienetx issigillata iżda miftuħa. Imbagħad niġi mgħajjar li jien qed ngħid il-ħmerijiet meta nikteb li qed jagħmlu frame-up fuq Yorgen Fenech. Meta jsir hekk ikun diffiċli tiddetermina għand min kien l-aħħar il-mobile, meta dan kien fil-kustodja tal-pulizija Maltija.  

Aspetti bħal dawn jinkwetani u aktar jagħmilha importanti biex il-pulizija tinvestiga kif saru dawn it-telefonati lill-mara tiegħu bin-numru ta’ żewġha. Fuq kollox, kif kien hemm min innota u kiteb fuq il-Facebook page tiegħi fir-rigward ta’ dak li ġara fl-inkjesta, hemm id-dewmien mill-pulizija biex tgħaddi din id-data kollha issekwestrata għall-investigazzjoni tal-Europol. Mhux ta’ b’xejn li t-team leader tal-Europol ma deherx b’nemes fil-qorti!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *