Mistoqsija lil Christian Peregin jekk qattx ħa Direct Order mingħand l-AirMalta?
Il-Lovin Malta ġiet mwaqqfa minn Christian Peregin u huwa ċ-CEO tagħha. Bir-raġun, din il-gazzetta titkaża bir-rigali li jieħdu l-politiċi tal-Lejber mingħand it-Tumas Group. Anki jekk hawn nixtieq ngħid li wieħed irid joqgħod attent u jgħid il-verita’ kollha u mhux isemmi xi ministru, bħal ma ġara fil-każ ta’ Edward Zammit Lewis fejn intqal li ħa rigal ta’ holiday b’xejn fl-Għid tal-2017 ġewwa Franza u wara ħareġ li kienet fake news.
Biss għala din il-gazzetta qatt ma titkellem fuq ir-rigali li jieħdu l-ġurnalisti? Min jaf għaliex? Għax ħa ngħiduha kif inhi. Mhux il-politiċi biss jieħdu r-rigali. Anki l-ġurnalisti jieħdu xi rigal. Bid-differenza li ċertu politiċi jieħdu jew ħadu rigali mingħand il-privat. Xi ġurnalisti jieħduhom mingħand l-istat jew il-kumpaniji tiegħu.
F’dan il-kuntest, iċ-CEO ta’ Lovin Malta, Christian Peregin, jista’ jikkonferma jekk hu qatt ħa xi direct order mingħand il-Gvern tal-Lejber? Veru li wara li tela’ l-Gvern tal-Lejber fl-2013, l-AirMalta tat lil Christian Peregin direct order biex jagħmel xogħol ta’ marketing u strateġija tal-media jew kif kien deskritt fil-kuntratt bl-Ingliż xogħol ta’ Marketing and Media Strategy?
Kieku kont fill-pozzizzjoni tieghek li tikkritika, sewwa taghmel, pero inxandar l’okkazzjonijiet bill-provi.